Il-Ministru jgħid li 2,000 persuna bil-paga minima se jkunu ntaxxati

  • Nov 30, 2012 11:38
  • Miktub minn

    Meta dalgħodu mar biex jitfa’ l-vot tiegħu fl-elezzjoni għal Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista l-Ministru Tonio Fenech ikkonferma li se jkunu 2,000 persuna bil-paga minima li se jintlaqtu minn ħlas fit-taxxa tad-dħul.

    Fid-diskors ta’ wara l-Baġit il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li ma jafx li l-ħaddiema li jaħdmu bil-paga minima qegħdin ikunu ntaxxati u sostna li dawn ma tolqothomx it-Taxxa tad-Dħul u li hi zero.

    Iżda, il-Partit Laburista qal lil dawk il-persuni li għandhom komputazzjoni ta’ ‘single’ u li jaħdmu bil-paga minima se jibdew ikunu ntaxxati.

    Spjega kif il-Paga Minima issa tammonta għal €8,433 fis-sena u taqa’ taħt it-‘threshold’ ta’ €8,500. Minkejja dan, jekk wieħed iżid il-bonus li jingħata skont il-liġi u li jammonta għal €512, allura t-‘threshold’ tinqabeż fil-każ ta’ din il-kategorija ta’ nies u għalhekk l-ammont ikun taxxabbli. Il-Partit Laburista sostna li bl-ebda mod ma jista’ jinfired il-bonus minn mal-paga u għalhekk staqsa għaliex il-Ministru tal-Finanzi għażel li jagħmel dan.

    Dalgħodu t-Times of Malta rrapportat li Lawrence Gonzi ammetta li dawn il-persuni se jkunu ntaxxati, filwaqt li l-Ministru Chris Said qal fuq TVAM li dan mhux il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 7

  •  
    anonimu
    Nov 30, 2012

    Lanqas bejniethom ma jablu dawn tal PN....kulhadd jghid skond x jaqbillu. Mela l ewwel hargu bl attakki fuq il PL ghax qal il verita biex issa qed jammettu huma stess. Il PL rega kellu ragun ghal darba ohra.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 30, 2012

    xempju ta l-ezempju fejn l-id ix xellugija ma tafx xinhi taghmel il-leminija........... haffef marzu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 30, 2012

    And Dr. Muscat is right once again! Miskin Gonzi!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 30, 2012

    Tajba u tahraq sur kappillan, u 'l kapo gonzi pinocchio Pene jghid il kontra, 'x ma nghidlux PINOCCHIO fil waqt li nistaqsih MIN JIGDEB FEJN IMMUR?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 30, 2012

    allahares ma jkunx dr. joseph muscat li jikxef il giedeb sfacatt ta speedy gonzales.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 30, 2012

    il buffu kellu jibla minn grizmejh li dawk il persuni li jkunu bil paga minima ser ikunu intaxxati kellu jametti il verita li kien zvela il partit laburista ghax speedy gonnzales beda jinega li dawn ser jintlaqtu minn din il mizura.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 30, 2012

    il farsa intemet u kelna ix xorti li narawa minajr hlas.

    Irrispondi