Daħlulna fl-għalqa?

  • Lul 16, 2012 10:29
  • Miktub minn

    Il-manifestazzjoni kontra r-razziżmu ta’ nhar l-Erbgħa li għadda kellha attendenza miżera. L-attendenza tkompli tidher bħala waħda iktar miżera jekk wieħed iħares lejn kemm minn dawk li attendew kienu Maltin.

    Ma kinetx sorpriża. Drajna issa li f’dan il-pajjiż isir iktar għagħa jekk jinħaqar kelb (ħażin u ħażin ħafna),, iżda daqs li kieku ma ġara xejn jekk vittma tal-vjolenza u moħqrija jkun xi ħadd ta’ nisel barrani. Mhux darba u tnejn li fix-xogħol tagħna ltqajna ma ċirkostanzi fejn għad-dikjarazzjoni li kien hemm aċċident l-ewwel reazzjoni tkun: Malti imma?

    Bħallikieku jekk ma jkunx Malti mhux xorta bniedem.

    Il-politiċi, il-midja u s-soċjetà ċivili għandhom responsabbiltà kbira jekk irridu li f’dan il-pajjiż jonqos ir-razziżmu… jekk iridu li fuq kollox ngħożżu l-valur tar-rispett lejn il-proxxmu tagħna, ġej minn fejn ġej.

    Piż kbir imur fuq il-politiċi li ma jistgħux jibqgħu jġibu ruħhom daqs li kieku r-realtà ta’ dan il-pajjiż mhijiex qiegħda tinbidel. Huwa minnu li stħarriġ riċenti tal-Unjoni Ewropea wera kif pajjiżna huwa fost l-inqas pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għandhom preżenza ta’ ċittadini barranin. Iżda, fl-istess ħin biżejjed wieħed jasal wasla sa Buġibba jew il-Ħamrun (apposta mhux insemmu Birżebbuġa jew il-Marsa), biex jaraw kemm din il-preżenza qiegħda tiżdied.

    Il-preżenza ta’ kulturi differenti tista’ tkun xi ħaġa li tagħmel lil din il-gżira iktar sinjura. Iżda, fl-istess ħin wieħed irid jifhem u japrezza wkoll lil dak li għal snin twal ra din il-gżira bħala t-territorju esklussiv tiegħu u issa qiegħed iħoss li hemm min daħallu fl-għalqa. U dan għal diversi raġunijiet li għalihom biss nistgħu niddedikaw editorjal sħiħ.

    Għalhekk, ngħidu aħna, ir-responsabbiltà fuq il-politiċi li għandhom minnufih jibdew jirikonoxxu li pajjiżna għandu realtà ġdida. Li hawn persuni li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna iżda li f’pajjiżna jistgħu jagħtu kontribut u mhux bilfors ikunu piż.

    Ma jistgħux jibqgħu jinħbew wara subgħajhom u jitkellmu biss meta xi pajjiż jieħu xi immigrant minn Malta. Daqslikieku l-uniku avveniment importanti għalihom hu meta ‘neħilsu minn xi erba’ minnhom.’

    Hemm bżonn li nibdew niddiskutu bis-serjetà politika ta’ integrazzjoni. Iżda, mal-mejda tad-diskussjoni rridu nifhmu l-weġgħat ta’ kulħadd anke jekk fl-aħħar mill-aħħar ma jistax jingħata raġun kulħadd jew nintgħoġbu ma’ kulħadd.

    Filmat u Ritratt: Charles Marsh

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    anonimu
    Aww 03, 2012

    Nahseb li l-protesta saret fiz-zmien hazin. Bit-temperaturi li qed ikollna dak li jkun jippreferi jmur jghawm wara x-xoghol jew jghoqod kenni id-dar quddiem xi fan jew bl'A/C. Min jorganizza ghandu jiehu inkonsiderazzjoni t

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 05, 2012

    I think . one has to see wh

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 05, 2012

    Sitna d detention centre tal ewropa. Jekk l immigrant jigi hawn inridu intuh kollox, jekk jitlaq u jin

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 10, 2012

    Ghalfejn dan l ghagha kollu dwar ir-razzizmu f'Malta. Mhux haga ovja, jekk il Malti qied jigi trattat ghar min imigrant illegali. Nistidinkom taslu wasla sal-marsa fejn is-salib jew hal-far filodu waqt il hinijiet tax xoghol,

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 19, 2013

    Jghidu x'jghidu dwar razzismu u mhux razzismu, il-poplu Malti ma jridx immigranti illegali f'pajjizna. Iktar ma jsiru protesti u iktar ma jippruvaw jiddefendu li

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 19, 2013

    Jekk ghawn ghandhom il-kuragg jipprotestaw , ghax m'ghamlux hekk bil-qawwa kollha f'pajjizhom??????

    Irrispondi
  •  

Facebook