“Kburin b'dak li għamilna” - PM

  • Nov 29, 2012 18:46
  • Miktub minn

    Il-Prim Ministru qal li l-miżura tat-taxxa li kienet introdiotta lbieraħ hija waħda importanti u li permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista se jkun wettaq wegħda oħra elettorali. “Aħna rnexxielna nnaqsu l-piż tat-taxxi,” qal Gonzi waqt intervista fuq Radio 101.

    Fost il-miżuri li semma l-Kap tal-Partit Nazzjonalista elenka dik li mis-sena d-dieħla mhux se jkunu l-anzjani minn 80 sena 'l fuq li għadhom jgħixu f'darhom li se jgawdu b'benefiċċju ta' €300 f'sena imma dawk minn 78 'il fuq u li s-sena ta' wara se jkunu dawk minn 75 'il fuq. Il-Prim Ministru enfasizza li dawn il-miżuri u ħafna oħrajn jidħlu “dejjem jekk il-baġit jgħaddi.”

    Miżura oħra li tkellem fuqha li tħabbret ilbieraħ kienet it-tneħħija tal-boll fuq wirt mill-ġenituri għall-ulied. Semma wkoll li bolla inqas fil-ħlas ta' propjetà mhux se jibbenefikaw biha biss il-first time buyers imma anke dawk li se jixtru t-tieni dar tagħhom.

    Lawrence Gonzi tkellem ukoll dwar il-miżura li meta ż-żgħażagħ ikunu lestew l-istudji tagħhom u jiddeċiedu li jmorru sena volontarjat se jibqgħu jieħdu l-istipendju u anke titħallsilhom il-bolla.

    Il-Kap tal-Partit Laburista semma kif l-aħħar gvern Laburista (tal-1996), daħħal 33 taxxa. Huwa żied jgħid li hekk kif pajjiżi ferm akbar minna jinsabu f'inkwiet kbir illum f'Malta hemm rekord ta' turiżmu, rekord ta' studenti fl-Università u MCAST. “Rekords li jagħmlulna kuraġġ,” kompla Gonzi.

    “Kburin b'dak li għamilna u b'riżultati tajbin għal kulħadd li ksibna,” kompla l-Prim Minsitru.

    “Qegħdin fi żmien importanti, għexna ħames snin diffiċli, minn hawn u ftit ieħor se jkollkom il-futur f'idejkom tal-ħames snin li ġejjin biex tagħtu d-direzzjoni tal-pajjiż, aħna għandna riżultati sbieħ li niftaħru bihom. Għandna pajjiż b'pedamenti b'saħħithom. Gvern immexxi minn gvern nazzjonalista għamel għażliet responsabbli, issa mhux il-gvern irrid jagħmel l-għażliet imma l-elettorat li jien ċert li se jagħmel għażla responsabbli,” temm jgħid Lawrence Gonzi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1