Id f'id ma' De Rossi u Pirlo

  • Lul 16, 2012 10:17
  • Miktub minn

    Andrew Sammut u Zoe Borg waslu lura Malta wara l-esperjenza ta’ ħajjithom li fiha għaddew erbat ijiem mill-isbaħ f’Kiev, l-Ukrajna. Bħala rebbieħa tal-McDonald’s Player Escort Programme Andrew u Zoe akkumpanjaw żewġ plejers kbar sa fuq il-piċċ waqt il-final tal-Euro 2012 bejn l-Italja u Spanja.

    Iż-żewġt itfal Maltin iddeskrivew dan il-vjaġġ bħala esperjenza li mhu se jinsew qatt.

    Fil-provi li saru s-Sibt, il-ġurnata ta’ qabel il-final ta’ dan l-avveniment daqshekk kbir ġew infurmati li se jakkumpanjaw lil Andrea Pirlo u Daniele De Rossi.

    Andrew qal: “Li rajt logħba bħal dik live kienet esperjenza totalment ġdida u differnati ħafna minn dik fuq it-televiżjoni. L-esperjenza kienet inkredibbli – stajt nisma’ lin-nies jgħajjtu, il-ħornijiet idoqqu, l-għajjat, kienet tal-ġenn. Iżda meta wieħed mit-timijiet ikun se jiskorja, tħoss tensjoni kbira.”

    Zoe kienet impressjonata bl-atmosfera fit-tunnel u waqt l-innijiet nazzjonali. “Kienet esperjenza ta’ darba f’ħajtek mhux biss għalina iżda anke għall-plejers. Kienu nervużi ħafna u kważi stajt nisma’ qalbhom tħabbat. Imbagħad meta ħriġna fuq il-piċċ kienet esperjenza li ma titwemminx.”

    It-tfal Maltin kienu wkoll impressjonati bin-numru kbir ta’ fotografi u kameras iffukati fuq dawn il-minuti.

    Andrew u Zoe kienu ż-żewġ rebbieħa tal-McDonald’s player escort programme. Huma kienu pparteċipaw f’kompetizzjoni tat-tpinġija li saret f’April u ntgħażlu minn ġurija indipendenti. Il-vjaġġ tagħhom f’Kiev kien jinkludi diversi attivitajiet oħra, flimkien ma’ tfal oħra Ewropej. Iż-żewġt itfal irringrazzjaw lil McDonald’s talli għamlu din l-esperjenza inkredibbli possibbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0