Baġit li se jwassal għall-elezzjoni fil-bidu tas-sena d-dieħla - PM

  • Nov 29, 2012 12:16
  • Miktub minn

    Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li dan mhuwiex baġit bħall-oħrajn, iżda huwa l-aħħar baġit ta’ din il-leġiżlatura li qiegħed jipprepara t-triq għal Elezzjoni Ġenerali fil-bidu tas-sena d-dieħla.

    “Ridna nġibu l-finanzi fis-sod u nagħmlu kuraġġ lin-nies, iżda ma stajniex nikkuntentaw lil kulħadd.” Huwa qal dan ftit tal-ħin ilu meta kien mistieden fuq l-istazzjon RTK, liema programm iddiskuta l-miżuri tal-Baġit.

    Skont il-Prim Ministru, il-miżuri tal-‘income tax’ kienu l-aktar miżuri importanti, għax se jħallu iżjed flus fil-bwiet tan-nies. Għall-kummenti tal-membri tal-pubbliku li din il-miżura tolqot biss lil dawk li jaqilgħu l-iżjed, il-Prim Ministru qal li għall-faxex l-oħrajn tas-soċjetà, diġà ttieħdu miżuri simili fis-snin li għaddew u llum, numru akbar ta’ persuni ma jħallsux taxxa.

    Mistoqsi x’kienet ir-raġuni li se jimplimenta dawn il-miżuri fl-aħħar tal-leġiżlatura, meta ilu snin iwiegħdha, Lawrence Gonzi qal li din il-miżura kienet parti mill-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.

    “Fejn kellna nżidu taxxi, żidnihom, għalhekk dan mhux baġit tal-elezzjoni,” tenna Gonzi.

    Xi proposti li saru mill-unjins, żied jgħid, ma setgħux ikunu aċċettati għax ċertu ċirkostanzi ma ppermettewx. Il-proposta li l-COLA tkun riveduta kull sitt xhur minflok kull sena kienet waħda minnhom, iżda Gonzi qal li ma dehrlu li m’għandux ibiddel sistema li qiegħda taħdem sew.

    Dwar il-messaġġ fuq il-‘billobrds’ tal-Partit Laburista, li jgħidu - “Il-Gvern iwiegħed u l-Partit Laburista jwettaq,” Gonzi qal li ma jagħtix kas il-billboards. “Daqs kemm huma jagħtu kas tagħna. Il-billboards qegħdin hemm biex titbissem.”

    Skont hu, il-Gvern tiegħu rnexxilu jmexxi pajjiż fl-agħar kriżi li qatt laqtet lid-dinja u hu kellu d-dover li lill-familji jevitalhom it-traġedji li għaddew minnhom pajjiżi oħrajn. “Hekk ipprovajt nagħmel, issa jiddeċiedi l-poplu,” tenna l-Prim Ministru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0