Aġġornat (3),: "Il-Gvern se jneħħi l-bonus statutorju"- PL

  • Nov 29, 2012 12:02
  • Miktub minn
"

    Filwaqt li fid-diskors ta’ wara l-Baġit il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li ma jafx li l-ħaddiema li jaħdmu bil-paga minima qegħdin jiġu intaxxati u sostna li dawn ma tolqothomx it-Taxxa tad-Dħul u li hi żero, id-Deputat Laburista Owen Bonnici qal li l-Gvern qiegħed jintaxxa lil min hu bil-Paga Minima.

    F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ filgħodu fiċ-ċentru Nazzjonali Laburista ntwera filmat tad-diskors ta’ Gonzi wara l-Baġit u li fih il-Ministru Tonio Fenech fl-isfond jinstema’ jgħidlu li din fil-fatt tolqothom. Minkejja dan, Fenech kompla jgħid li mhux se tolqothom għax it-‘threshold’ hi aktar għolja mill-paga minima.

    Owen Bonnici, akkumpanjat mill-kandidat Edward Zammit Lewis, spjega kif il-Gvern qiegħed jintaxxa lil dawk il-persuni li għandhom komputazzjoni ta’ ‘single’ u li jaħdmu bil-paga minima.

    Spjega kif il-Paga Minima issa tammonta għal €8,433 fis-sena u taqa’ taħt it-‘threshold’ ta’ €8,500. Minkejja dan, jekk wieħed iżid il-bonus li jingħata skont il-liġi u li jammonta għal €512, allura t-‘threshold’ tinqabeż fil-każ ta’ din il-kategorija ta’ nies u għalhekk l-ammont jiġi taxxabbli. Bonnici sostna li bl-ebda mod ma jista’ jinfired il-bonus minn mal-paga u għalhekk staqsa għaliex il-Ministru tal-Finanzi għażel li jagħmel dan.

    Min-naħa tiegħu, Zammit Lewis qal li dan il-Baġit kien ‘déjà vu’ hekk kif il-Prim Ministru qal li t-taxxa ta’ min qiegħed fuq il-Paga Minima hi ta’ żero, bħalma fl-2008 kien għamel bosta wegħdi u ma twettqux, fosthom li l-familji kienu se jirċievu l-kontijiet tad-dawl żero.

    Il-kelliema sostnew li dan juri x’nuqqas ta’ kordinament hemm bejn il-Prim Ministru u l-Ministru li suppost it-tnejn kellhom ikunu jafu dwar dan il-prinċipju. Sostnew ukoll li l-Partit Laburista ma jaqbilx ma’ din it-tip ta’ politika u għaldaqstant se jkun qed jaħdem fuq dan il-prinċipju biex ikun anke inkluż fost il-proposti li se jitħabbru għall-elezzjoni ġenerali.

    Bonnici sostna li l-Partit Laburista mhux se jgħaddi miżuri biex imbagħad jaqta’ t-taxxi minn naħa oħra.

    Temmew il-konferenza billi sostnew l-importanza li persuni li jkunu jitħallsu bil-paga minima ma jħallsux taxxi u għaldaqstant wegħdu li fil-jiem li ġejjin il-Partit Laburista se jkun qiegħed jagħti l-importanza lil din il-kwistjoni u jara kif jista’ jsib is-soluzzjoni għaliha.

    Bonnici wera wkoll tħassib dwar jekk il-fatt li l-bonus tħalla barra mill-paga minima hux ipoġġi f’mistoqsija l-istess bonus.

    18:50 Reazzjon PN

    Biż-żieda li ngħatat fil-baġit, il-paga minima żdiedet għal €162.19 fil-ġimgħa. Dan ifisser li l-paga minima ta' sena hi €8,433 (€162.19 x 52 = €8433.88), fis-sena.Għalhekk fuq il-paga minima ma titħallas l-ebda taxxa.

    Dan qalu fi stqarrija il-Ministeru tal-Finanzi b'reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni llum mill-Partit Laburista.

    Il-Ministeru qal li l-paga minima hi anqas mill-ammont ta' dħul taxxabbli kemm għal min jagħmel dikjarazzjoni singola li hi ta' €8,500, kemm għal min jagħmel dikjarazzjoni konġunta li hi ta' €11,900 kif ukoll għal komputazzjoni ġenitur li hi ta' €9,300.

    Dan juri li l-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni li qal li l-paga minima qed tiġi intaxxata hu żbaljat, kompla l-Ministeru. Intqal ukoll li kwalunkwe dħul ieħor li jaqbeż l-ammonti taxxabbli msemmi jkun intaxxat bħal kull dħul ieħor.

    19:24 Reazzjoni tal-PL

    B'reazzjoni għall-istqarrija maħruġa aktar kmieni mill-Ministeru tal-Finanzi, il-Partit Laburista qal li b'hekk qiegħed jifhem li l-Gvern se jneħħi l-bonus statutorju wara l-elezzjoni għax għat-tieni stqarrija konsekuttiva mhux qed iqis dan il-bonus bħala parti mid-dħul dovut bil-liġi.

    Ritratt u Filmat: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    11