Aġġornat: Borg jingħata l-libertà proviżorja

  • Nov 29, 2012 11:49
  • Miktub minn
"

    Illum quddiem il-Maġistrat Anthony Vella bdiet tinstema' l-kumpilazzjoni fil-konfront ta' Joseph Borg ta' 75 sena li huwa mixli b’rikatt fil-konfront ta’ Rita Schembri.

    Il-Prosekuzzjoni tellgħet tixhed lill-ewwel xhud tagħha Rita Schembri. Hi qalet ili hi għamlet rapport kontra Borg lill-pulizija meta kienet Brussell, qalet li l-email li bagħat Joseph Borg lilha ma daħlitilix fl-email tagħha personali iżda daħal f'email ġeneriku tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Rita Schembri hi d-Direttur Ġenerali fid-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Schembri qalet li l-email kienet forwarded lilha minn ħaddiem tal-uffiċċju stess.

    Hi qalet li lil Borg ilha tafu sa mill-1995, qalet li hi u r-raġel tagħha Mark kienu krew restorant minn għandu. Schembri qalet li l-inkwiet ma' Borg beda meta hi u żewġha daħlu bħala sħab żewġ persuni in-Niġerjani Ben Kinsley u t-Taljan Omar Granata. Qalet li fuq dan il-każ kien hemm żewġ sentenzi fil-qorti taċ-ċivil li nqatgħu, waħda fl-2006 u waħda fl-2009.

    Schembri qalet li dawn is-sentenzi kienu favur tagħha u tar-raġel u li huma m'għandhom jagħtu flus lil ħadd, però hi qalet li f'dan l-email li rċeviet, Borg qalilha li jew tħallas lil Kinsley u Granata xi flus fl-24 siegħa ta' wara jew inkella kien se jirrapurtaha.

    Hi qalet li Borg m'għamel xejn ħażin billi jinforma lill-OLAF dwar dan il-każ. Borg kien bagħat email lill-OLAF mingħajr ma kiteb l-isem ta' Schembri fil-11 ta' Novembru, però hi qed issostni li flus m'għandha tagħti lil ħadd.

    Hi qalet li bl-email infurmat lill-Kap taċ-Ċivil Godwin Grima hu wara li ħadet parir legali minn għand l-avukata tagħha fetħet kawża fil-Qorti.

    Il-kawża għada għaddejja fejn il-Prosekuzzjoni mistennija tressaq xhieda oħrajn fil-ħin li ġej.

    14:20 Borg jingħata l-libertà proviżorja

    Hekk kif kompliet il-kompilazzjoni fil-każ ta' Joseph Borg, il-prosekuzzjoni resqet biex jixhed lil Omar Granata li huwa Taljan.

    Granata kkonferma illi hu beda jaħdem mal-koppja Schembri fl-2003. Fl-2005 huma krewlu l-post u tahom rigal ta' €28,000. Hu qal li ma kienx jaf li l-ħanut kien mikri għandhom.

    Granta qal li hu rċieva l-email tat-theddid. Hu qal li Rita u żewġha dawn it-€28,000 qatt ma tawhomlu lura, imma Borg dejjem qalu li skont il-liġi dak ir-rigal jista' jieħdu lura. Borg kien talab l-istess somma lil Granata fl-2009 biex jikrilu dan ir-restorant.

    Borg ħadu għand avukat li dan talbu €3,000 u qal li qatta qalbu għax ma rridx jispiċċa jħallas flus f'kawża biex imbagħad jispiċċa ma jieħu xejn. Granata qal li m'għandux fiduċja fis-sistema ġudizzjarja.

    L-avukat ta' Borg, saqsa lil Granata jekk hu kienx tkellem ma' ċertu Simon Balzan, li huwa r-raġel tat-tifla ta' Borg. Ingħad li Granata kien qal lil Balzan li Mark Schembri kien ipprova jeħles minn Borg imma Omar ċaħad li qatt qal dan id-diskors.

    Meta tela' jixhed Simon Balzan qal li hu jaf lil Granata għax huma ġirien u jaf lil ħuh ukoll Chris Granata li huwa Pulizija. Dan Balzan qal li darba minnhom ma jiftakarx eżatt kemm ilu żmien Chris Granata qalu li Mark Schembri kien qal lil ħuh Omar li fuq Borg m'għandux għalxiex jinkwieta aktar għax se jagħti lil xi ħadd 10,000 lira Maltija jew ewro, ma jafx eżatt għal liema munita kein qed jirreferi u jitfa' lil Borg il-baħar biex jidher li huwa każ ta' suwiċidju. Hu qed jgħid li mbagħad mar ikellem lil Omar biex jikkonferma u Omar qalu iva li hekk kien qal lil Chris.

    Meta kien mistoqsi mill-Maġistrat Anthony Vella jekk għamilx rapport lill-pulizija fuq dan il-każ, Balzan qal li kien qal lil Joe Borg biss u ma marx għand il-Pulizija. Hu qal li Borg għandu l-età tiegħu u jekk rid seta' mar hu.

    Il-kawża se tkompli tinstema' nhar it-Tlieta, sadanitant Borg ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitiu ta' €2,000 u garanzija personali ta' €8,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1