Il-baġit tal-inċertezza – AD

  • Nov 29, 2012 10:44
  • Miktub minn

    L-Alternattiva Demokratika qalet li l-baġit għall-2013 qed iseħħ f’kuntest elettorali surreali minħabba l-kummenti tal-membru parlamentari Franco Debono. L-AD qalet li minkejja n-numru ta’ miżuri pożitivi, il-baġit jonqsu direzzjoni progressiva, speċjalment għall-persuni bi dħul baxx u medju.

    Michael Briguglio, iċ-Chairperson tal-AD, qal li “jekk Franco Debono iżomm mad-dikjarazzjonijiet li għamel, il-baġit mhux se jgħaddi. Sfortunatament Malta se jkollha tibqa’ taqta’ d-data tal-elezzjoni, minħabba l-klima politika fil-pajjiż.”

    Brigulio żied jgħid li AD tinnota li minkejja l-prestazzjoni ekonomika relattivament tajba, hemm inugwaljanzi li baqgħu jikbru fis-soċjetà Maltija li mhux qegħdin ikunu indirizzati.

    Fost l-affarijiet li nnutaw l-AD kien hemm il-paga minima u l-pensjoni baxxa ħafna tan-nies b’diżabilità li baqgħu ma żdiedux.

    “Il-maġġoranza kbira tal-ħaddiema, b’mod partikolari dawk li jaqilgħu €19,500 u inqas, mhux se jibbenefikaw mit-tnaqqis fl-income tax. Aħna nisperaw li l-konsiderazzjonijiet elettorali tal-Partit Nazzjonalista ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sostenibilità finanzjarja tal-pajjiż,” qal iċ-ċhairman ta' AD.

    Min-naħa l-oħra l-AD qalu li “jilqgħu b’mod pożittiv iż-żieda fl-investiment fl-edukazzjoni u s-saħħa, kif ukoll ż-żieda fiċ-children’s allowance, speċjalment għal dawk li jaqilgħu paga minima. Nilqgħu b’mod pożittiv wkoll t-twessiegħ fl-eligibiltà għall-pensjoni ta’ diżabilità.”

    L-AD jitolbu aktar dettalji u kjarifika dwar il-proġetti ta’ enerġija mix-xemx fuq propjetà tal-gvern u aċċess għall-enerġija nadifa mix-xemx għal nies li m’għandhomx aċċess għall-bjut minħabba li fejn joqogħdu ma jippermettix l-installazzjoni tal-apparat neċessarju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook