Tat-tabbakk b’appoġġ għal Tonio Borg

  • Nov 29, 2012 10:28
  • Miktub minn
"

    Iċ-ċermen tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Tabbakk kiteb fil-EuropeanVoice li l-konfederazzjoni tappoġġja lill-Kummissarju l-ġdid għas-Saħħa u l-Konsumatur.

    “Il-ħatra ta’ Tonio Borg bħala Kummissarju għas-Saħħa u Konsumatur huwa rwol li jitlob ħafna, anke għax irid jikkunsidra d-direttiva tat-tabbakk li kienet imfassla mill-preċedessur tiegħu, John Dalli,” qal Giovanni Risso.

    Risso ddeskriva wħud mill-artikli fid-direttiva Dalli bħala estremi u mhux razzjonali. Żied li l-iffalsifikar u l-kuntrabandu tas-sigaretti jiswa lill-Unjoni Ewropea mal-għaxar miljun ewro fis-sena. Risso qal li l-proposta Dalli żżid il-kuntrabandu tat-tabbakk. “L-għajxien tal-miljun u nofs persuna li jbiegħu t-tabbakk se jkunu f’riskju,” qal Rossi.

    Rossi tkellem ukoll kontra li l-pakketti tas-sigaretti jkunu ddominati minn ritratti li jixhdu l-ħsara li jagħmel it-tipjip. “Id-ditti jiġu lanqas tgħarafhom,” ilmenta Rossi li qal li dan mhux vera jirriżulta f’titjieb fis-saħħa pubblika tan-nies.

    Rossi qal li bid-direttiva li ħejja John Dalli minflok l-Unjoni Ewropea indirizzat iċ-ċittadini b'edukazzjoni, għamlet fil-mira tagħha lil min ibigħ it-tabbakk, li skont Rossi, diġà jaħdmu f’ambjent regolat ħafna.

    It-tħassib ta’ min ibigħ it-tabbakk għandu jkun indirizzat u għalhekk Rossi qal li għandu jerġa’ jinfetaħ id-dibattitu magħhom dwar din id-direttiva.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2