Il-Pulizija Belġjana tarresta raġel armat f'Liege

  • Aww 07, 2016 18:31
  • Miktub minn iNews
"

    Wara l-attakk li seħħ fil-Belġju fuq żewġ uffiċjali tal-Pulizija nisa, il-Pulizija rnexxielha tarresta raġel li kien armat b’sikkina kbira fil-belt ta’ Liege.

    Il-Pulizija Belġjana rċeviet telefonata kmieni filgħodu qabel ma marret tfittex lir-raġel biex tarrestah. Hi qalet li r-raġel hu ta’ nazzjonalità Torka, li kien armat b’sikkina kbira iżda li m’użahiex u li qabel dan l-inċident ma kienx magħruf mal-Pulizija. Dan l-arrest ġara ġurnata wara li seħħ l-attakk fil-belt ta’ Charleroi hekk kif ġuvni ta’ 19-il sena attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija nisa b’sikkina. L-aggressur spiċċa nqatel fuq il-post b’tiri minn arma tan-nar minn uffiċjal tal-Pulizija mara. Waqt l-attakk, l-aggressur instema’ jgħajjat “Allahu Akbar” u għad trid tintqal l-identità tiegħu.

    Il-Pulizija Belġjana żiedet fis-sigurtà billi qed ikun hemm aktar uffiċjali tal-Pulizija jagħmlu r-rondi. Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Franċiż Charles Michel wara li seħħew diversi attakki fil-Belġju. Fost l-attakki li twettqu mill-militanti Iżlamisti, hemm l-attakk tal-ajruport fi Brussell f’Marzu li għadda fejn l-attakki suwiċidi ħallew 32 persuna mejtin. Apparti dan l-attakk, l-attakki li seħħew f’Pariġi f’Novembru li għadda kienu mfasslin u mmexxijin ukoll minn Brussell. Dawn l-attakki ħallew 130 persuna mejtin f’Pariġi.

    Bħalissa, il-Belġju u l-kapitali tiegħu, fejn fiha hemm l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-kwartieri tan-NATO, qegħdin fuq ix-xwiek minħabba li qegħdin jgħixu taħt theddida serja.
     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0