Il-maltempata Earl tħalli għadd ta' nies mejtin fil-Messiku

  • Aww 07, 2016 17:00
  • Miktub minn iNews
"
    Il-maltempata tropikali bl-isem ta’ Earl ħalliet sitt persuni mejtin fl-Ilvant tal-Messiku hekk kif valanga difnet id-djar tal-vittmi taħtha. Ix-xita li nielża bil-qliel wasslet għal din il-valanga.

    L-uffiċjali qalu li fost il-vittmi kien hemm koppja miżżewġa u binhom li kien għadu kellu sena biss. Din it-traġedja seħħet fl-istat ta’ Veracruz u qegħdin isiru diversi twissijiet li x-xmajjar jistgħu jfuru fl-istat ta’ Puebla, li jinsab viċin tal-istat ta’ Veracruz. Dawn is-sitt vittmi mhumiex l-ewwel għadd ta’ vittmi tal-maltempata Earl. Tal-inqas disa’ persuni oħra sfaw vittmi meta din il-maltempata laqtet il-Karibew. Sitta mill-vittmi kienu qegħdin fuq karozza tal-linja hekk kif din ħadet in-nar minħabba li bdew jaqgħu l-arbli tad-dawl. It-tlieta mill-vittmi l-oħra kienu fuq dgħajsa f’Haiti hekk kif id-dgħajsa għelbet u spiċċaw għerqu. 

    Il-maltempata Earl hi bdiet bħala urugan tal-Ewwel Kategorija u hekk kif baqa’ miexi, dan iddgħajjef u spiċċa qaleb għal maltempata tropikali. Aktar ma’ jgħaddu ġranet, aktar din qiegħda tiddgħajjef fejn l-irjieħ qegħdin jonqsu mill-qawwa tagħhom. Minkejja li l-irjieħ qegħdin jonqsu mill-qawwa tagħhom, ix-xita xorta waħda għadha nieżla bil-qliel u din qiegħda twassal għal għargħar u valangi. Hemm ċerti villaġġi li spiċċaw maqtugħin għalihom għax sfrondaw il-pontijiet minħabba li faru l-ixmajjar.

    Ir-raħal ta’ Coscomatepac, fejn mietet il-koppja ma’ binhom, diġà esperjenzat maltempata simili bħal ta’ Earl tliet snin ilu fejn valanga ħalliet 13-il persuna mejta. Fost dawn il-vittmi kien hemm tmint itfal u sitt membri ta’ familja waħda. Il-midja lokali rrapportat li ċerti familji wissew li jaf isseħħ valanga oħra u talbu l-għajnuna tal-gvern biex jgħinhom jitilqu minn ħdejn l-għoljiet u biex jibni ħitan tad-difiża. Ir-risposta għall-ewwel talba tan-nies kienet li m’hemmx flus biex jagħtuhom post ieħor fejn jgħixu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0