Raġel Awstraljan b'kunjom Malti mixli bi tfassil ta' attakk terroristiku

  • Aww 07, 2016 12:00
  • Miktub minn iNews
"
    Raġel Awstraljan ta’ 31 sena deher il-qorti wara li nstab ħati fuq ippjanar ta’ attakk terroristiku. Huwa ġie arrestat illum hekk kif il-pulizija Awstraljana bdiet tagħmel għadd ta’ tfittxijiet b’rabta mat-terrorżmu.

    Ir-raġel, Phillip Galea, ġie mixli fuq preparazzjoni ta’ att terroristiku minħabba li kien qiegħed jiġbor jew joħloq dokumenti li jistgħu jiffaċilitaw li jsir attakk terroristiku. Il-pulizija Awstraljana arrestat lil Galea f’Melbourne iżda ma tatx dettalji dwar fejn qabduh eżattament. 

    Min-naħa l-oħra, Galea qal li huwa se jiġġieled kontra dawn l-akkużi għax jemmen li huma konfoffa kontra l-moviment patrijott. Il-midja Awstraljana qalet li Galea kellu rabtiet mal-organizzazzjonijiet Reclaim Australia u True Blue Crew, li jħaddnu twemmin lemini. Minkejja dan kollu, l-organizzazzjoni Reclaim Australia kitbet fuq il-Facebook li hi ma kellha l-ebda rabtiet mal-arrestat u li hi “dejjem ċaħdet il-vjolenza”. 

    Apparti dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet, hemm organizzazzjonijiet oħra li dejjem qegħdin jiżdiedu fl-għadd fejn jiġġieldu kontra l-immigrazzjoni mill-Ażja u dawk li jħaddnu l-Iżlam. Ħafna minn dawn l-organizzazzjonijiet huma politiċi iżda Reclaim Australia u True Blue Crew mhumiex organizzazzjonijiet politiċi minkejja li kemm-il darba kienu involuti f’laqgħat u protesti vjolenti kontra l-immigrazzjoni f’Melbourne.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0