Gonzi jgħid li vot kontra l-baġit, vot kontra l-familji

  • Nov 28, 2012 23:18
  • Miktub minn

    Min jivvota kontra dan il-baġit ikun qed jivvota kontra miżuri favur il-familja. Hekk qal il-prim ministru Lawrence Gonzi b’referenza ovvja għad-diffikulta’ li hemm biex il-baġit jgħaddi mill-parlament hekk kif id-deputat nazzjonalista Franco Debono tenna li mhuwiex se jkun qed jivvota man-naħa tal-gvern fir-rigward tal-baġit. Il-prim ministru kien qed jagħti l-ewwel kummenti tiegħu wara d-diskors tal-baġit.

    Gonzi ddeskriva l-baġit bħala turija li l-finanzi tal-pajjiż reġgħu fis-sod u dan minkejja l-kriżi ekonomika li laqtet ħażin lil pajjiżi viċin tagħna. Skont Gonzi, l-istat tal-finanzi tal-pajjiż qed ipoġġi lil pajjiżna fost l-aħjar fl-Unjoni Ewropea. Huwa qal li l-baġit tfassal biex ikun ta’ ġid għall-pajjiż. Sostna li, għalkemm ma riedx jispekula fuq li ġej, konvint li jekk il-baġit ma jgħaddix il-miżuri li hemm fih mhumiex se jiġu implimentati. Huwa qal li l-baġit imressaq huwa l-bażi li fuqha pajjiżna jrid jibni ġejjieni fis-sod.

    Fir-rigward tal-vot fuq il-baġit fl-10 ta’ Diċembru li ġej, Lawrence Gonzi qal li jekk il-baġit ma jgħaddix huwa se jxolji l-parlament u jmur għall-elezzjoni … imbagħad kulħadd ikollu jerfa’ r-responsabbilta’ ta’ għemilu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Nov 29, 2012

    Tiskantani Pinocchio. Mela nsejt meta BIL-QALB ivvutajt kontra mozzjoni tal-PL biex jonqsu l-kontijiet ta' d-dawl u l-ilma? Dak inhar ivvutajt favur il-familji. Ipokirita bhalek ghad irid jitfacca.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 29, 2012

    Mhux bilfors Vot kontra lanqas ghadna hadna zieda diga ser ikonna gholi ta Gas Fuel u hafna affarijiet ohra immeddjat fis-sehh mil-lum. Iggudikaw ta dak li naghmel mhux dak li nghejd. Bongu lil Kulhadd.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 29, 2012

    U ta ghemilhekk minn se jerfahha? Il-poplu Malti?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 29, 2012

    My family and I cannot trust you any more because your

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 29, 2012

    Vot

    Irrispondi