Aġġornat: Żewġ pulizija nisa attakkati b'machete fil-Belġju, jinqatel l-aggressur

  • Aww 06, 2016 17:50
  • Miktub minn Wayne Pace
"

    Żewġ uffiċjali tal-Pulizija nisa ndarbu wara li raġel attakkahom b'machete fil-belt Belġjana ta' Charleroi. L-aggressur inqatel wara li uffiċjal tal-Pulizija ieħor spara fuqu.

    Ir-raġel qal "Allahu Akbar" waqt l-attakk li wettaq eżatt barra l-għassa tal-Pulizija ewlenija tal-belt.

    Iż-żewġ uffiċjali tal-Pulizija midrubin huma nisa, b'waħda ssofri ġrieħi serji f'wiċċha. Madankollu l-ebda waħda minnhom mhi fil-periklu tal-mewt.

    Charleroi kienet intużat bħala bażi minn xi jihadisti involuti fl-attakki ta' Pariġi f'Novembru 2015 u fi Brussels f'marzu li għadda.

    Iz-zona ngħalqet għall-pubbliku.

    Il-Prim Ministru Belġjan ikkundanna l-attakk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0