Aġġornat/Filmat: Muscat jiggarantixxi li jżomm il-qafas tal-baġit

  • Nov 28, 2012 22:50
  • Miktub minn

    Gvern ġdid laburista jżomm il-qafas tal-baġit li kien ippreżentat mill-ministru Tonio Fenech illejla. Din hija l-wegħda li għamel il-mexxej laburista Joseph Muscat fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara d-diskors tal-baġit. Muscat sostna li gvern ġdid laburista iserraħ moħħ il-familji u n-negozji li jżomm il-qafas tal-baġit imressaq, filwaqt li miegħu jżid miżuri oħrajn li jġibu ġustizzja soċjali, fosthom permezz tal-pjan laburista għat-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

    Muscat beda billi qal li jekk il-baġit li ressaq illejla huwa l-aħjar li kapaċi jressaq Gonzipn, allura mhux ta’ b’xejn li fl-elezzjoni li ġejja il-poplu se jafda fi gvern ġdid li kapaċi jwettaq ferm aħjar. Muscat qal li l-poplu se jiġġudika lil dan il-gvern fuq il-leġiżlatura sħiħa u mhumiex se jistennew il-baġit. Tul din il-leġiżlatura, kompla Muscat, il-gvern ta’ Gonzipn wiegħed ħafna u ma wettaqx. Id-dejn pubbliku ħarablu minn idejh u kulm’għandu x’juri huma power-station li ma taħdimx, sptar li diġa’ sar żgħir, parlament ġdid, teatru bla saqaf, pont li ma jwassal imkien u karozzi tal-linja li ma jwasslukx fil-ħin. Filwaqt li għabba b’piżijiet ġodda lill-familji u lin-negozji, fosthom b’kontijiet tad-dawl u l-ilma li mpona fuqhom, ta lilu nnifsu u lil sħabu żieda ta’ 500 ewro fil-ġimgħa.

    Fir-rigward tal-miżura mħabbra mill-gvern dwar it-taxxa tad-dħul, Joseph Muscat qal li din il-miżura tolqot biss sezzjoni waħda tal-popolazzjoni u anke din mhijiex se tara xi tnaqqis sostanzjali, tant li – skont Muscat – min se jibbenefika minnha se jieħu anqas milli ħadu żieda l-prim ministru u l-kabinett f’ġimgħa waħda. “Aħna ninsabu inkwetati ħafna li nesa lil ħafna mill-middle-class, ħaddiema, self-employed, studenti u pensjonanti,” qal il-kap tal-oppożizzjoni, “fil-prattika dan il-baġit ma messx it-tax-bands u għalhekk in-numru ta’ dawk li effettivament iggwadanjaw xi ħaġa huwa limitat ħafna.” Huwa semma li gvern ġdid jimpenja ruħu soċjalment u jdaħħal miżuri li jgħinu lil dawk li jaħdmu u jistinkaw.

    Dwar iż-żieda fil-prezz tal-fjuwil, Muscat qal li din se tolqot ħażin lill-familji u lin-negozji. Semma wkoll il-prezz tal-gass u qal li dawn iż-żidiet qed ikomplu jgħollu l-ħajja.

    Huwa qal li gvern ġdid laburista jagħti ċertezza u stabilita’ għax jifhem l-ekonomija u jifhem li pajjiżna jinħtieġ tkabbir ekonomiku li tassew jilħaq lil kulħadd. Filwaqt li serraħ ras il-ħaddiema li ż-żieda li ngħataw tingħatalhom anke bi gvern laburista, huwa sostna li gvern ġdid jimpenja ruħu ekonomikament u soċjalment biex bil-fatti jagħti aktar flus fil-but lill-familji Maltin u Għawdxin.

    Ritratt: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  

Facebook