Tifel ta' tmien snin imut wara li pprova jgħin lin-neputi ta' tliet snin f'Bologna

  • Aww 06, 2016 14:24
  • Miktub minn Wayne Pace
"

    Baqa' waħdu d-dar flimkien man-neputi tiegħu, waqt li ommu u oħtu ta' 24 sena ħarġu jagħmlu x-xirja. Alessandro, li kellu tmien snin, kien qiegħed id-dar mat-tifel t'oħtu. Iċ-ċkejken ta' tliet snin issakkar barra fuq it-terrazzin għax il-bieb weħel u ma setax jinfetaħ. Għalhekk Alessandro ddeċieda li jipprova jiftħu b'daqqa ta' sieq, iżda minflok, laqat u faqa' l-ħġieġa tal-bieb, biex spiċċa żvina wara li nqatgħetlu l-arterja femorali.

    Id-diżgrazzja seħħet f'Bologna fi blokka appartamenti. Alessandro twieled l-Italja iżda ommu hija minn Capo Verde u missieru Sudaniż. Il-ġenituri tiegħu ilhom l-Italja mill-bidu tas-snin disgħin. Missieru jaħdem f'Ruma filwaqt li ommu hija fattiga fl-isptar Sant'Ursola ta' Bologna. Huwa kien jipprattika l-karate.

    Kienet proprju ommu li sabet lil binha mitluq fl-art, li kienet mimlija demm. Hija taha ħass ħażin u ttieħdet l-isptar flimkien ma' binha. It-tifel l-ieħor ta' tliet snin kien għadu fuq it-terrazzin u ma ġġarrab ebda ġrieħi.

    Wara din it-traġedja, omm Alessandro se tkun investigata fuq akkużi ta' qtil involontarju, filwaqt li oħtu (omm in-neputi li pprova jsalva) se tkun investigata fuq abbandun ta' minorenni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0