Daqqa ta' ħarta għall-Istat Iżlamiku: Ir-ribelli Sirjani jieħdu l-belt ta' Manbij f'idejhom

  • Aww 06, 2016 13:49
  • Miktub minn Wayne Pace
"

    Ġellieda Kurdi u Għarab appoġġjati mill-Istati Uniti ħadu l-parti l-kbira ta' belt ewlenija Sirjana li kienet f'idejn l-Istat Iżlamiku.

    Manbij tinsab fin-Nofsinhar tal-fruntiera mat-Turkija u ilha taħt il-kontroll tal-Istat Iżlamiku għal aktar minn sentejn.

    Għadd żgħir ta' militanti tal-ISIS għadhom qed joffru reżistenza billi jużaw persuni ċivili bħala tarka umana.

    Xahrejn ilu, il-Qawwiet Demokratiċi Sirjana (Syria Democratic Forces - SDF), li huma koalizzjoni ta' ġellieda appoġġjati mill-Istati Uniti, bdew kampanja biex jieħdu lura l-belt.

    Huma kienu megħjunin minn attakki bl-ajru mmexxijin mill-Istati Uniti fuq punti strateġiċi tal-ISIS.

    F'Ġunju, wara ġlied qalil, Manjib ġiet iċċirkondata.

    Għexieren ta' ċivili, inklużi 11-il tifel u tifla, kienu rrapportati mejtin fl-attakki bl-ajru mmexxijin mill-Istati Uniti li saru f'Lulju, hekk kif kienu qegħdin jaħarbu minn raħal qrib il-belt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0