Franza: Nirien waqt festin iħallu 13-il persuna mejta

  • Aww 06, 2016 10:59
  • Miktub minn Wayne Pace
"

    Nirien waqt festin ta' għeluq snin żagħżugħ f'bar fil-belt Franċiża ta' Rouen ħalla 13-il persuna mejtin u sitta midrubin. Kienu x-xemgħat fuq il-kejk li bdew in-nirien li ħakmu l-bar Cuba Libre, li beda madwar nofsillejl bejn ilbieraħ u llum. Is-saqaf tal-polystyrene tal-kamra fil-kantina fejn kienu qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet ħa n-nar.

    Il-Ministru tal-Intern Franċiż, Bernard Cazeneuve, qal li aktar minn 50 ħaddiem tat-tifi tan-nar marru uq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.

    Waħda mill-persuni midrubin tinsab f'kundizzjoni serja.

    Ġie eskluż li dan l-inċident kien att ta' terroriżmu.

    Il-parti l-kbira tal-vittmi għandhom bejn it-18 u l-25 sena.

    Is-saqaf tal-polystyrene beda jerħi gass velenuż li wassal biex ħafna mill-vittmi mietu fgati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0