Il-GWU diżappuntata

  • Nov 28, 2012 20:56
  • Miktub minn

    Fl-ewwel reazzjoni għall-Budget 2013, il-GWU qalet li hija diżappuntata ferm li għal darb’oħra l-Gvern injora l-maġġoranza assoluta tal-proposti li għamlet għal dan il-Budget. Filwaqt li tinnota li l-Budget fih xi miżuri pożittivi, il-GWU turi sogħba li bl-attegjament tiegħu il-Gvern reġa’ ta prova tal-mod negattiv kif jittratta mal-GWU.

    "Il-proposti li l-GWU ippreżentat lill-Ministru tal-Finanzi kienu mmirati sabiex jitjieb il-livell tal-għixien għal firxa sħiħa tal-poplu Malti u Għawdxi, kif ukoll sabiex jittaffew il-piżijiet li matul dawn l-aħħar snin il-Gvern tefa’ fuq il-poplu, partikolarment fuq il-ħaddiema, l-pensjonanti u l-familji tagħhom," qalet il-GWU.

    Intqal li fost il-proposti tal-GWU li l-Gvern għażel li jinjora kien hemm:

    Li l-aġġustament tal-COLA jsir kull sitt xhur u mhux kull sena, kif ukoll li ż-żieda tal-COLA ma titnaqqarx bit-taxxa u bl-effett tal-bolla.

    Li l-paga minima ghandha tizdied.

    Li l-gvern jindirizza b’mod serju l-problema tal-enerġija u li jtaffi l-ispiża tad-dawl, ilma u gass għall-familji Maltin. Mhux talli hekk, iżda l-Gvern saħansitra żied it-taxxa fuq il-fjuwil.

    Li jkunu aġevolati l-pensjonanti billi, fost affarijiet oħra, tiżdied il-pensjoni massima għal dawk li twieldu qabel l-1962 u li l-inqas pensjoni ma tkunx inqas minn 60% tad-dħul medju nazzjonali.

    Il-GWU lmentat ukoll li l-Gvern ma tax każ tal-proposti serji tagħha sabiex ma jkunx jidher li qed jagħtiha kredtu meta fl-istess waqt il-Gvern ma ddejjaq xejn jagħti kredtu lil xi msieħba soċjali oħra li dejjem servewh ta’ forċina.

    "Il-mod ta’ kif il-Gvern ittratta mal-GWU meta skarta l-proposti li għamlet għall-Budget 2013 ma jawgurax tajjeb għall-ħaddiema u l-pensjonanti u dan għaxil-Gvern qiegħed juri biċ-ċar li ser jinjora l-proposti li l-GWU għamlet lill-partiti politiċi għall-elezzjoni li ġejja. Dan joħrog mill-fatt illi l-proposti tagħha għall-Budget 2013 huma parti mill-proposti tagħha lill-partiti politici," qalet il-GWU li żiedet li se tlaqqa' l-Kunsill Nazzjonali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook