L-attakk b'sikkina f'Russell Square: Raġel arrestat fuq suspett ta' qtil

  • Aww 04, 2016 18:33
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ġie arrestat fuq suspetti ta' qtil wara li ċittadina mill-Istati Uniti nqatlet u ħames persuni ndarbu f'attakk b'sikkina fiċ-ċentru ta' Londra.

    Il-Pulizija jaħsbu li l-attakk f'Russell Square kien "spontanju" u l-vittmi "ntgħażlu bl-addoċċ".

    Il-mara maqtula kellha fuq is-sittin sena. Il-persuni midrubin huma mill-Brittanja, l-Amerika, Iżrael u l-Awstralja.

    Il-Pulizija arrestaw żagħżugħ Norveġiż ta' 19-il sena b'oriġini Somali. Huma qalu li m'hemmx evidenza li dan huwa estremist. Qalu wkoll li kollox qed jindika li l-attakk twettaq kawża ta' mard mentali.

    Żewġ nisa oħra u tlett irġiel indarbu fl-attakk li sar ħdejn l-Imperial Hotel, iżda ħadd minnhom ma jinsab fil-periklu tal-mewt.

    Wara li ngħata l-kura fl-isptar, ir-raġel ittieħed f'Bedford Place, fejn qiegħed jinżamm arrestat fil-kustodja tal-Pulizija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0