Iċ-ċaqliq fir-rata tat-taxxa: X'effett?

  • Nov 28, 2012 08:16
  • Miktub minn

    Meta llejla jitħabbar il-baġit il-gvern mistenni jħabbar pjan dwar kif fuq it-tliet snin li ġejjin se jnaqqas ir-rata massima ta' taxxa. Għalkemm għad m'hemmx id-dettalji preċiżi ta' kif se tinħadem, nistgħu nikkonfermaw li ċaqliq fir-rati ta' taxxa se jkun hemm.

    Nifhmu li dan se jkun ċaqliq li jibqa' hekk kif il-Partit Laburista diġà stqarr li se jkun qiegħed iżomm il-miżuri pożittivi ta' dan il-baġit. Allura, il-mistoqsija li ssegwi hija naturali: Il-gvern kemm jiflaħ jiftaħ idejh? Miżura bħal din x'riżultati tħalli?

    Tkellimna ma' Kristy Debono (K), u Silvio Schembri (S),, li minbarra li huma kandidati mal-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista rispettivament huma speċjalizzati fl-ekonomija.

    i: Kif tħares lejn miżura simili fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż?

    K: Peress li l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, minkejja l-isfidi li qed tiffaċċja, hi ferm aħjar mill-medja tal-Unjoni Ewropea kemm f’termini ta’ tkabbir ekonomiku kif ukoll fejn jidħol il-qgħad, nemmen li l-ekonomija Maltija tiflaħ għal miżura simili ladarba din tkun implimentata b’mod kawt u responsabbli kif inhuma l-indikazzjonijiet li se jsir.

    S: Fil-prinċipju, fi żmien fejn l-ekonomija m’hix tikber huwa importanti ħafna li l-Gvern jgħin biex jistimula l-infieq ħalli tiżdied id-domanda. Din il-politika tkun adottata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), billi jċaqlaq ir-rati ta’ l-interessi. Il-BĊE fi żmien ta’ kriżi jnaqqas ir-rati tal-interess ħalli jistimula l-infiq u l-Investiment. Ovvjament hemm limitu sakemm Gvern jista’ jiftaħ idejh u dan huwa determinat minn diversi fatturi ewlenin fosthom il-qagħda finanzjarja u t-tkabbir ekonomiku.

    i: Min huma l-iktar li jibbenefikaw minn inizjattiva bħal din?

    K: L-aktar li jibbenefikaw b’mod dirett minn din il-miżura huma l-ħaddiema bid-dħul fil-livell ta’ din il-faxxa. Filwaqt li b’mod indirett ikun hemm dak li jissejjaħ ripple effect li jfisser aktar flus fl-idejn - b’effett dirett fuq il-bejgħ (retail),, il-proprjetà, is-settur tar-ristoranti u d-divertiment u setturi oħra. Għalhekk dan it-tnaqqis fit-taxxa jwassal biex finalment igawdi minnu kulħadd.

    S: Din hija miżura li dwarha għadna smajna ftit li xejn. Għadna ma nafux jekk din hux ħa tapplika għal kulħadd jew għal xi faxxa partikolari tas-soċjetà. Għadna ma nafux jekk hux se jkunu introdotti taxxi oħra biex jagħmlu tajjeb għal din il-miżura. Hemm ħafna mistoqsijiet li għad m’għandniex tweġiba għalihom u allura huwa diffiċli li wieħed jgħid minn issa min huma l-iktar li se jibbenefikaw minn inizjattiva bħal din.

    i: Din l-inizjattiva tgħin l-ekonomija tingrana u żżid il-flus fil-but?

    K: Bla dubju kull tip ta’ tnaqqis fit-taxxa, iħalli aktar flus fil-but tan-nies, ikattar il-fiduċja fil-konsumatur u għalhekk r-rota ekonomika tkompli tingrana u ddur b’mod pożittiv. Madankollu dan għandu jsir bl-aktar mod kawt biex il-Gvern ikompli jżomm bilanċ bejn il-politika fiskali tiegħu u n-nefqa governattiva.

    S: Politika ta’ tnaqqis ta’ taxxi jew żieda fl-ispiża tal-Gvern tgħin biex iżżid il-flus fil-bwiet. Wieħed peró jrid janalizza l-effetti ta’ dawn il-miżuri fuq id-dħul tal-Gvern u jekk l-effett huwiex wieħed temporanju jew permanenti.

    Jekk il-Gvern qiegħed jippjana li jnaqqas l-income tax iżda imbagħad iżid taxxi oħra, li ħa jkun qiegħed jagħmel huwa li jieħu minn but u jitfa’ fl-ieħor.

    Jekk il-Gvern irid jgħin l-ekonomija tikber u jitfa’ l-flus fil-bwiet tan-nies irid jara li n-nefqa tiegħu tkun bil-għaqal, jagħmel il-prioritajiet meħtieġa, inaqqas il-burokrazija, inaqqas il-ħela, jikkontrolla l-inflazzjoni u jżid l-effiċjenza fl-operat tal-Gvern.

    i: Tahseb li din hija mossa politika iktar minn kull ħaġa oħra?

    K: Nemmen li ċ-ċifri maħruġa mill-UE juru li l-ekonomija Maltija hija stabbli. Ir-rata tal-qgħad hi fost l-anqas fl-UE u l-ekonomija qed tkompli toħloq aktar impjiegi. Aktar minn hekk il-poplu Malti u Għawdxi wera li hu attent u għaqli. Allura nemmen li l-Gvern hu f’pożizzjoni li jwettaq din il-wegħda elettorali b’mod responsabbli.

    S: L-ewwel u qabel kollox kienu bosta d-dikjarazzjonijiet f’diversi okkażjonijiet mill-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi li ddikjaraw b’mod kategoriku li din il-wegħda ma tistax titwettaq. Minbarra hekk, minkejja li l-MCESD iltaqa’ kemm il-darba biex jiddiskuti l-miżuri ta’ dan il-baġit, din il-miżura qatt ma ssemmiet. Fil-fatt l-imsieħba soċjali semgħu b’din l-aħbar minn fuq il-gazzetti lokali.

    It-tielet – dejjem kif kien irrapurtat – jidher li biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis mid-dħul tal-income tax, il-Gvern se jżid xi taxxi oħra. Dan inaqqas ħafna mill-valur ta’ din il-miżura.

    Biex din il-miżura tkun effetiva kien ikun aħjar għall-Gvern li jżid id-dħul tiegħu permezz ta' konsolidazzjoni tad-dipartimenti tiegħu.

    ILLEJLA: Silvio Schembri u Kristy Debono se jkunu fost dawk li se jidibattu dak li jkun ħareġ mill-baġit fl-istudio ta' inewsmalta.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Nov 28, 2012

    Ghaziza Kirsty, jaqaw ma ridtx tghid liema 'faxxa' ha tigi affetwata ??? Jien nahseb tat 35% ha tigi affetwata, fej il minoranza tal-pajjiz jilhaq dik il-faxxa ! Proset gonzi, gonzales pn.... tnejjek bina !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 28, 2012

    Proset kbira lil ekonomista silvio schembri. Zaghzugh mimli energija li ghandu hafna potenzjal.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 28, 2012

    Kristina, kemm taf xi tghid dwar ir-"ripple effect". Imma f'dan il-kaz hu bhal meta ghandek i

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 28, 2012

    bir-rispett kollu ta - dawn kif issejhulom ekonomisti? sa fejn naf jien biex tkun ekonomista trid ikollok PhD bhal ma ghandu Dr. Joseph Muscat u Dr. Konra

    Irrispondi