Eżerċizzju traġedja- Franco Debono dwar il-baġit

  • Nov 27, 2012 22:17
  • Miktub minn Roberta Fenech
"

    “L-importanti mhux x'fih il-baġit, imma jekk kellux ikun ippreżentat." Hekk iddikjara ma' inewsmalta.com id-deputat Nazzjonalista Franco Debono.

    Għamilna stedina lil Debono biex ikun wieħed mill-mistiedna li l-lejla se jkunu qegħdin jieħdu sehem f'dibattiti u intervisti qosra li se jixxandru b'mod immedjat fuq inewsmalta.com.

    Debono qal li mhux se jaċċetta l-istedina għas-sempliċi raġuni li dak kollu li kellu xi jgħid dwar il-baġit ilu jgħidu għal xhur sħaħ kemm fuq il-blogg tiegħu kif ukoll fuq mezzi oħra tax-xandir.

    Debono qal li ma jħossx li għandu jirrepetti ruħu u mill-ġdid u tenna li fil-pożizzjoni li qiegħed il-gvern lanqas biss imissu tressaq il-baġit. “Wara kollox dan il-baġit xorta mhux din il-leġiżlatura se tkun qed timplimentah imma leġiżlatura oħra, minħabba kemm ninsabu viċin elezzjoni ġenerali,” qal Debono.

    “Il-problemi għal dan il-gvern splodew mal-Arriva. Kien hekk kif bdiet taħdem l-Arriva li nqalgħu l-problemi kollha, wara kellek reshuffle fejn il-Prim Ministru ħalla lil Austin Gatt fejn kien, kellek il-mozzjoni ta' Carm Mifusd Bonnici, Richard Cachia Carua, irriżenja Jeffrey Pullicino Orlando mill-Partit Nazzjonalista, il-problema ta' John Dalli, il-mod kif inħatar Tonio Borg u issa anke l-każ ta' Rita Schembri,” qal Debono.

    “Mela minn Ottubru 'l hawn kien għadu ma ħax vot fil-Parlament u issa se nippreżentaw il-baġit. Mela l-baġit xi figolla? Dan huwa eżerċizzju traġedja,” temm jgħid Debono.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    9