Tingħalaq illum is-saga Ibrahimovic

  • Lul 16, 2012 08:20
  • Miktub minn

    Is-saga dwar it-trasferiment ta’ Zlatan Ibrahimovic għal ma’ Paris Saint Germain mingħand AC Milan mistennija li tintemm illum meta l-Ġeneral Maniġer tal-Franċiżi, Leonardo, mistenni li jħabbar l-akkwist uffiċjali tal-attakkant Svediż.

    Wara li d-difensur Brażiljan, Thiago Silva, ħabbar pubblikament li huwa ngħaqad ma’ PSG, issa jmiss lil Ib-rahimovic li jagħmel l-istess pass fejn għal dawn iż-żewġ trasferimenti, il-klabb Franċiż se jħallas is-somma ta’ ¢65 miljun u b’hekk kompla bil-kampanja akkwisti mill-aqwa ta’ matul dan is-sajf meta diġà ngħaqdu mal-Pariġini, Eze-quel Lavezzi u Marco Verratti.

    Sorsi qrib il-klabb Franċiż saħqu li Mino Raiola, l-aġent tal-attakkant Svediż, jinsab qrib li jilħaq ftehim ma’ Leo-nardo dwar il-kuntratt tal-klijent tiegħu.

    Tul il-karriera tiegħu, wara esperjenzi ma’ Malmo FF u Ajax Amsterdam, Ibrahimo-vic ingħaqad ma’ Juventus fis-sena 2004 għal €16-il miljun, biex sentejn wara, huwa ngħaqad mar-rivali, Inter, għas-somma ta’ €24.8 miljun.

    L-avventura tiegħu man-Nerazzurri damet tliet snin biex fl-2009 huwa ngħaqad ma’ Barcellona għal €46 miljun u Samuel Eto’o, biex fl-2010 Ibrahimovic sieħeb lil AC Milan għal €24 miljun.

    Fil-kamp ta’ dawn tal-aħħar jeżisti diżappunt kbir għat-telfa ta’ dawn iż-żewġ plejers fejn il-partitarji, fuq diversi siti elettroniċi relatati mal-klabb Milanista, urew id-di-żapprovazzjoni tagħhom għad-deċiżjoni meħuda minn Silvio Berlusconi u Adriano Galliani.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0