Lilek kif laqtek?

  • Nov 27, 2012 21:42
  • Miktub minn
"

    Għada l-baġit. Lanqas jilħaq jgħaddi li l-programmi tat-televiżjoni ma jibdewx jieħdu l-kummenti tal-politiċi, l-ekonomisti u lil dawk imsejjħa esperti. U INT? Nemmnu li l-baġit jolqot lilek daqs, jew iktar, minn dawk kollha li se jimlew il-programmi tat-televiżjoni jikkummentaw, forsi jgħidu dak li ilna nisimgħu.

    Qegħdin nistiednuk biex tidibatti. Għid tiegħek fis-sezzjoni tal-kummenti ta’ inewsmalta.com.

    Se nkunu qegħdin nipprovokaw id-diskussjoni b’għadd ta’ mistiedna mill-partiti politiċi li se jikkonfrontaw lil xulxin bl-opinjonijiet tagħhom dwar il-punti ewlenin li jkunu qegħdin joħorġu mill-baġit. Se jkunu mitluba jikkummentaw ukoll dwar dak li se jkun qiegħed tgħid int f’inewsmalta.com. U jekk ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba? Erġa' kkummenta!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    4