Il-mużika rock toħroġ minna l-aktar parti selvaġġa

  • Lul 15, 2012 17:01
  • Miktub minn

    Minn studju xjentifiku li sar minn żewġ xjenzati mill-Università ta’ Los Angeles u li ġie ppubblikat fuq diversi midja barranin, jirriżulta li l-mużika rock hi segwita ħafna min-nies għax jirnexxielha toħroġ l-aktar parti selvaġġa ta’ dak li jkun.

    Iż-żewġ xjenzati studjaw numru ta’ ‘soundtracks’ ta’ films fejn skoprew li hemm forom partikolari fil-mużika għal kull ġeneru ta’ film differenti. Eżempju għall-films drammatiċi jkun hemm qlib ta’ frekwenzi filwaqt li għall-films tal-biża’ jintużaw ħafna l-għajjat tan-nisa.

    Minn hemmhekk imbagħad ix-xjenzati bdew jistudjaw jekk l-emozzjonijiet ta’ dak li jkun qed jisma’ jiġux modifikati b’dak li jkunu qed jiġri fl-istess ħin. Eżempju jekk tkun qed tisma’ mużika minn film tal-biża’ u tara stampi li tistrieħ tarahom xorta taqbdek biża’?

    Għaldaqstant, l-istudjużi ħolqu mużika newtrali li ma tqanqal ebda emozzjoni ħalli jaraw x’jiġri. Barra minn hekk, ħolqu biċċa mużika oħra li tibda normali iżda mbagħad taqleb għall-mużika li tixbah dik ta’ Jimmy Hendrix.

    Staqsew lil dawk li ħadu sehem fit-testijiet u skoprew li l-mużika rock kienet waħda li ddaħħal lill-persuna fil-kuntest iżda toħroġ ukoll ħafna emozzjonijiet negattivi. Għalhekk ikkonkludew li l-mużika rock tingħoġob minn ħafna nies għax hi mużika eċċitanti u tgħin lin-nies joħorġu l-istint selvaġġ tagħhom.

    Min-naħa l-oħra, min jisma’ mużika rock iżda f’ambjent rilassanti fejn jara stampi newtrali allura l-effett fuqhom ma jkunx daqstant qawwi. Dan ifisser li l-effet tal-mużika rock jiddependi ħafna fuq il-kuntest ta’ fejn jinstema’.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Lul 16, 2012

    Nahseb li il-kontra. Il-muzika rock tikkalmani u tirrilassani mil-problemi kollha tal-hajja!!!!

    Irrispondi
  •  

Facebook