Esther u Sara lura fil-baħar... jalla jgawduh bla periklu

  • Lul 16, 2016 10:39
  • Miktub minn iNews

    Ilbieraħ kien jum importanti għal Esther u Sara, żewġ fkieren tal-baħar, hekk kif volontieri ta' Natura Trust (Malta) telquhom lura fil-baħar fil-Ġnejna wara li kienu ilhom idewwuhom fit-Torri ta' San Luċjan għal dawn l-aħħar disa' xhur.

    Esther (ritratt), kienet instabet maqbuda bejn il-blat 'il barra minn Paradise Bay fl-4 ta' Ottubru li għadda. F'ħalqha kellha sunnara u ħarira ta' konz, filwaqt li kellha ġerħa kbira fil-ġewnaħ ta' quddiem tal-lemin, tant li l-veterinarju Dr Anthony Gruppetta kellu jaqtgħalha barra parti minnu.

    Sara nstabet qrib fish farm fil-11 ta' Diċembru li għadda. Hija wkoll kellha feriti f'ħalqha minħabba sunnara u kienet qed tbati minn nuqqas ta' ikel.

    Bħalissa Nature Trust (Malta) qed tieħu ħsieb tliet fkieren oħra sakemm ikunu jistgħu jintelqu lura fil-baħar. Fi stqarrija hija appellat lill-pubbliku biex ma jarmix boroż u basktijiet tal-plastik fil-baħar u biex f'attivitajiet pubbliċi ma jintelqux bżieżaq għax dawn ukoll fl-aħħar jispiċċaw fil-baħar u spiss jikkawżaw il-mewt tal-fkieren.

    Jekk xi ħadd isib fekruna feruta għandu jinforma immedjatament lill-Wildlife Rescue fuq 99999505 u ma jippruvax idewwi lill-fekruna hu, għax kultant, għalkemm l-iskop ikun ġenwin, issir aktar ħsara milli ġid lill-fekruna.

    Jekk tixtieq tgħin lil Natura Trust (Malta) b'għotja ta' flus biex tkun tista' tkopri l-ispejjeż tal-kura ta' annimali feruti għandek tibgħat email lil info@naturetrustmalta.org

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0