L-ALPA tistieden lill-Air Malta tippubblika s-salarji tal-ogħla uffiċjali

  • Lul 16, 2016 10:11
  • Miktub minn iNews

    Filwaqt li ddikjarat li m'għandhiex fiduċja fil-management kurrenti tal-Air Malta, l-Assoċjazzjoni tal-Piloti (ALPA) qalet li jekk l-Air Malta verament temmen fit-trasparenza, hija għandha tippublika s-salarji tal-ogħla uffiċjali tagħha, sabiex il-pubbliku jkun f'pożizzjoni aħjar li jiġġudika fuq il-fatti u mhux fuq il-qlajjiet.

    Fi stqarrija, l-ALPA ddeplorat bil-qawwa kollha dak li ddeskriviet bħala t-tentattiv tal-Air Malta li tlibbes sarima lill-piloti li jaħdmu mal-linja nazzjonali ta' Malta.

    L-ALPA qalet li l-mandat ta' inibizzjoni ppreżentat fil-Qrati mill-Air Malta huwa theddida ċara fuq id-dritt ħieles tal-ħaddiema li jingħaqdu f'unions u fuq id-dritt li l-ħaddiem jissalvagwardja d-drittijiet tiegħu billi jieħu sehem f'azzjoni industrijali.

    Dan id-dritt sagrosant huwa kkonfermat mhux biss mil-Liġi ta' Malta iżda wkoll mil-Liġi Internazzjonali, fejn il-ħaddiem għandu drittijiet li ma jista' jeħodhomlu ħadd.

    L-ALPA ddeplorat ukoll l-imġiba taċ-Chairperson tal-Air Malta, is-Sinjura Maria Micallef, li permezz ta' artikolu f'gazzetta lokali attakkat bla ħtieġa lill-piloti. Dak li tgħid is-Sinjura Micallef fl-istess artikolu huwa malizzjuż u ma jirrispekkjax il-verità tal-fatti, sostnew il-piloti.

    Żiedu jgħidu li fuq kollox, huwa deplorevoli għall-aħħar li figuri u somom mhux veritiera dwar it-talbiet finanzjarji tal-ALPA ġew mgħoddija klandestinament lill-media u dan bl-intiża ċara li l-opinjoni pubblika ddur kontra l-piloti tal-Air Malta.

    Il-piloti tal-Air Malta huma magħrufa għall-istandard tax-xogħol tagħhom, b'rekord ta' sigurtà illi jitkellem waħdu, intqal fl-istqarrija. Dan diffiċli jingħad dwar il-management tal-Air Malta, li wara snin twal ta' deċiżjonijiet żbaljati, fosthom pagi tal-management li jmissu l-mijiet ta' eluf ta' ewro, wasslu lil-linja tal-ajru nazzjonali fl-istat prekarju li tinsab fih illum, sostniet l-ALPA.

    Kompliet tgħid li fost dawn id-deċiżjoniet żbaljati, kien hemm it-tnaqqis fil-flotta li wassal għal tnaqqis immedjat fil-market share li kienet tokkupa l-AirMalta.

    Il-membri tal-ALPA jinsabu ddispjaċuti u mħassba bl-andament tan-negozjati li qed isiru mal-Air Malta u dan aktar u aktar wara li dokumenti kunfidenzjali bħall-minuti tal-laqgħat, li lanqas biss ġew approvati mill-ALPA stess, saru pubbliċi waqt li għadhom għaddejjin it-trattativi.

    L-ALPA ddikjarat li l-membri tagħha mhumiex ser iċedu għall-pressjoni u t-theddid tal-Air Malta u għal dan il-għan ser ikunu qed jikkontestaw il-mandat ta' inibizzjoni fil-Qrati Maltin fit-22 ta' Lulju. Dan sabiex min irid ilibbes sarima lill-ALPA jifhem li f'pajjiż demokratiku dan mhux possibbli, temmet tgħid l-istqarrija.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    J. Vella
    Lul 16, 2016

    veru hemm drittijiet sagrosanti.... imma hemm dmirjiet ukoll li dawn hadd donnu ma isemmihom!

    Irrispondi