Iż-żagħżugħ li ntilef fil-baħar f'Marsalforn għadu ma nstabx

  • Lul 15, 2016 09:12
  • Miktub minn iNews

    Dalgħodu f'Marsalforn kompliet it-tfittxija għal Bence Murinai, iż-żagħżugħ Ungeriż li niżel il-baħar f'Għar Qawqla lbieraħ u baqa' ma nstabx.

    Kien ilbieraħ għall-ħabta tad-9.00 p.m. li bdiet it-tfittxija għaż-żagħżugħ ta' 17-il sena wara li baqa' ma telax mill-baħar. Huwa niżel il-baħar flimkien ma' ħuh ta' 15-il sena, iżda dan tal-aħħar tela' lura fuq l-art hekk kif fl-inħawi ta' Għar Qawqla kien hemm baħar imqalleb.

    Kienu l-qraba ta' Bence li rrapportawh nieqes għall-ħabta tat-8.20 pm. Huwa flimkien mal-familja tiegħu jinsabu Malta fuq vaganza.

    Fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u suldati tal-Forzi Armati ta' Malta biex ifittxu lill-Ungeriż iżda t-tfittxija ġiet sospiża. Din kellha titkompla llum filgħodu.




    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook