Fl-aħħar sentejn intlagħbu €648 miljun u ntrebħu €494 miljun

  • Lul 13, 2016 06:45
  • Miktub minn iNews

    Ħarsa lejn dak li ġara fl-aħħar sentejn fejn jidħol il-logħob li jsir b'mod legali għall-flus turi li  f'pajjiżna ntlagħbu  ftit aktar minn €648 miljun waqt li l-ammont mirbuħ kien ta' madwar €494 miljun. Fi kliem ieħor, intrebħu lura 76% tal-flus kollha li ntlagħbu. 

    Mill-istatistika uffiċjali jirriżulta li fl-2014 l-ammont li ntlagħab kien ta' €315,341,802 waqt li dak mirbuħ laħaq iċ-ċifra ta' €239,280,341. Waqt li fl-2015 intlagħbu total ta' €333,079,147 u ntrebħu €255,014,842.

    Sas-sena l-oħra fil-gżejjer Maltin kien erba' casinos, 246 banka tal-lottu u 269 kumpanija tal-iGaming li kollha joperaw permezz ta' liċenzja. Kull sena jinħarġu wkoll madwar 2,000 permess għal-logħob tat-tombla. 

    Il-lokalitajiet fejn huma kkonċentrati l-aktar l-istabbilimenti għal-logħob tal-flus huma l-Belt Valletta, Birkirkara, Ħal Qormi, il-Ħamrun u Tas-Sliema. 

    Fil-Belt Valletta hemm b'kollox 21 stabbiliment tal-logħob li jinkludu 16-il banka tal-lottu, erba' swali tal-logħob u sala tat-tombla. Birkirkara hemm 16-il stabbiliment – 13-il banka tal-lottu u tliet swali tal-logħob. 

    Kemm Ħal Qormi kif ukoll il-Ħamrun hemm 13-il stabbiliment tal-logħob. Fil-każ ta' Ħal Qormi dawn jikkonsistu fi 11-il banka tal-lottu u żewġ swali tal-logħob, waqt li l-Ħamrun hemm 9 banek tal-lottu u erba' swali tal-logħob. It-12-il stabbiliment li hemm f'Tas-Sliema jinkludu 10 banek tal-lottu, sala tal-logħob u sala tat-tombla. 

    L-istatistika għal dak li jirrigwarda l-ammont ta' nies li jmorru l-casinos u fis-swali tal-logħob turi li, f'kull każ, is-sena l-oħra dawn żdiedu fuq is-sena ta' qabel. Fl-2014 żaru l-casinos 723,492 persuna waqt li fl-2015 dawn telgħu għal 781,058. Waqt li sa sentejn ilu l-ammont ta' Maltin kien jisboq dak tal-barranin li jmorru l-casinos, is-sena l-oħra kienu aktar barranin milli Maltin li ffrekwentaw il-casinos. L-ammont ta' Maltin fil-casinos kien ta' 387,951 fl-2014 u 381,608 fl-2015 waqt li l-barranin ammontaw għal 335,541 u 399,450 rispettivament.

    L-attendenza fis-swali l-oħrajn tal-logħob li hawn imxerrdin madwar Malta u Għawdex ammontat għal 240,986 fl-2014 u 280,928 fl-2015. 

    Ta' min jgħid li din l-informazzjoni ħarġet minn tweġibiet li ngħataw fil-Parlament mill-Ministru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, Emanuel Mallia, wara sensiela ta' mistoqsijiet li sarulu mid-Deputat Anthony Agius Decelis.

      

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook