Illum it-tieni qari tal-liġi dwar l-Awtorità tal-Artijiet

  • Lul 13, 2016 06:18
  • Miktub minn Jake Azzopardi

    Dalgħodu se jibda t-tieni qari tal-liġi dwar l-Awtorità tal-Artijiet.

    “L-għan huwa li nagħmluha awtorità li topera b'mod indipendenti mill-politiku,” qalet is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar, Deborah Schembri. "Naħsbu li din il-liġi se tixpruna mod ġdid ta' kif jopera dan is settur," sostniet.

    Fi kliemha din hija liġi li taħseb għall-awtonomija tal-awotorità mill-politiku, b'sistema ta' awditjar li s'issa qatt ma kienet teżisti u li tindika t-trasparenza tal-gvern f'dak li se jkun qed isir.

    Id-direzzjoni strateġika se tibqa' f'idejn il-gvern iżda se jkun hemm sustema ta' konsultazzjoni ma' bord ta' diretturi.

    Il-ligi tistabbilixxi kriterji ta' nies li jistgħu jkunu eliġibbli biex ikunu membri fuq dan il-bord. Schembri ddeskriviet il-liġi bħala waħda prattika. Qalet li l-ilmenti li drajna bihom kienu dovuti għal sistema li ma kinetx taħdem u dan hu li se jkun qed jinbidel.

    Il-liġi tinkludi għadd ta' innovazzjonijiet bħall-awditjar iżda wkoll id-dritt t'appell.

    Is-Segretarju Parlamentari aċċertat li l-liġi l-ġdida tinkludi fiha ċerti assigurazzjonijiet li dik preċedenti ma kinetx tipprovdi. Din il-liġi, sostniet Schembri, toġloq sistema ta' checks and balances li s'issa d-Dipartiment tal-Artijiet qatt ma kellu.

    Il-liġi għaddiet lill-Oppożizzjoni aktar minn xahar ilu għax il-Gvern xtaq li ssir konsultazzjoni wiesgħa, inkluż mal-pubbliku u ma' dawk li jaħdmu fid-Dipartiment innifsu. Sfortunatament jidher li l-ebda membru tal-Oppożizzjoni ma rrisponda għal din is-sejħa għal konsultazzjoni anke jekk, skont Schembri, dan kien jgħin biex ikun hemm liġi aktar irfinuta.

    L-irwol tal-politiku, kif spjega l-Perit Robert Musumeci, se jimtela minn bord ta' gvernaturi li se jkun jinkludi wkoll membru tal-Oppożizzjoni. L-istruttura se tkun tinkludi kap eżekuttiv u kap tal-uffiċċju tal-awditjar.

    Ir-rwol tal-Ministru se jkun limitat għad-direzzjoni strateġika lill-Awtorità, iżda filwaqt li l-Bord ta' Gvernaturi se jkun mistenni li jikkonsulta mal-Ministru, il-poter tat-teħid tad-deċiżjoni jibqa' għand dan il-bord.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0