Ritratti: Christine Borg
UEFA Champions League
II Round Preliminari – I Leg
Valletta …...................1
Red Star Belgrade …...2
Wirja qalbiena minn Valletta ma kinitx biżżejed, hekk kif wara li fl-ewwel taqsima kienu goal minn fuq, wara l-mistrieħ ġew ikkontrollati għal kollox milll-qawwa Serba ta’ Red Star Belgrade li dawru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 2-1, valida mill-ewwel leg tat-tieni round preliminari tal-UEFA Champions League.
Valletta kellhom bidu mill-aqwa u wara kwarta logħob fetħu l-iskor meta Leandro Aguirres xeħet cross perfett lejn Federico Falcone li minn tarf il-kaxxa tefa’ ġewwa permezz ta’ xutt mill-ewwel.
Fis-66 minuta, is-Serbi kisbu l-iskor indaqs permezz ta’ goal ferm simili għall-goal ta’ Valletta, meta minn cross ta’ Guelor Kanga, il-ballun spiċċa f’saqajn Aleksandar Katai li permezz ta’ xutt mill-ewwel u b’lob delizzjuż, għeleb lil Henry Bonello.
Red Star skorjaw il-goal tar-rebħa fil-75 minuta, meta Aleksandar Katai xeħet cross fil-baxx lejn Predrag Sikimic li mill-viċin ma żbaljax.
VALLETTA.: 1-Henry Bonello, 2-Jonathan Caruana, 3-Ian Azzopardi (24-Umeh Uchenna Calistus 83), 4-Steve Borg, 6-Juan Cruz Gill, 10-Roderick Briffa (21-Llywelyn Cremona 78), 20-Federico Matias Falcone (40-Santiago Malano 40), 23-Claudio Pani, 25-Leandro Aguirre, 27-Jhonnattann Benites Da Conceicao, 30-Romeu Pericles Romao -Coach: Paul Zammit
RED STAR: 1-Damir Kahriman, 3-Aleksandar Lukovic, 4-Damien Le Tallec, 8-Guelor Kanga, 10-Aleksandar Katai (7-John Jairo Ruiz 83), 19-Milos Cvetkovic, 20-Mitchell Donald, 55-Slavoljub Srnic (11-Pablo Mouche 46), 70-Hugo Felipe Da Costa Oliveira (81-Predrag Sikimic 65), 88-Luis Ezequiel Ibanez, 97-Thomas Phibel -Coach: xxxxx
REFEREE: Alexander Harkam (Awstrija)
ASS. REFEREES:Andreas Witschnigg, Robert Steinacher (Awstrija)
RABA’ UFF: Julian Weinberger (Awstrija)
SKORERS:F. Falcone 15 (V), A. Katai 66, P. Sikimic 75 (RS)
AMMONITI:R. Romao, C. Pani (V), A. Katai, G. Kanga (RS)
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.