Imut spettatur ta' 12-il sena ....

  • Lul 12, 2016 00:53
  • Miktub minn iNews
"

    Ftit tal-ġimgħat ilu, tfajjel ta' 12-il sena, spettatur waqt logħba football f'Devon, l-Ingilterra, miet wara li ntlaqat f'rasu minn biċċa ħadida li nqalgħet wara tackle minn ħuħ stess. 

    Oliver Croker intlaqat f'rasu meta kien spettatur waqt partita tad-dilettanti, meta ħuħ Liam Hole ta' 26 sena baqa' dieħel f'barriera tal-ħadid li kienet qed iżomm banner bil-kitba:"FA Respect".

    B'riżultat ta’ dan,  il-ħadida nqalgħet minn postha u taret fl-ajru għal madwar 30 metru. Din niżlet fuq ras Oliver li kkawżatlu ġrieħi ta' natura gravi f'rasu. Minkejja li Oliver ttieħed l-isptar b'helicopter, huwa miet jumejn wara.

    Ommu Pippa ddeskrivietu bħala "tifel tal-ġenn" u li issa ta l-ħajja lil ħamest itfal oħra permezz tal-organi tiegħu.

    L-awtoritajiet tal-lokal fetħu inkjesta biex jaraw x'wassal għal dan l-inċident.  Dan wassal lil Dr Elizabeth Earland,  kap tal-inkjesti f'Exeter, biex tikteb ittra lil FA Ingliża dwar din it-traġedja li kienet mniżżla bħala mewta aċċidentali u biex jiġu evitata inċidenti simili fil-futur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0