10 ta' Lulju, 1940: Il-Luftwaffe tibda l-Battalja tal-Brittanja

  • Lul 11, 2016 08:32
  • Miktub minn iNews
"

    Sitta u sebgħin sena ilu l-qawwa tal-ajru Ġer­ma­niża, aktar magħrufa bħala l-Luftwaffe, bdew l-battalja mill-ajru kontra l-Ingilterra. Battalja li fil-kotba tal-istorja hija aktar magħrufa bl-isem Ingliż bħala l-Battalja tal-Brittanja (Battle of Britian). Battalja kkaratterizzata minn numru kbir ta’ attakki mill-ajru kontra konvojs tal-alleati ’l barra mix-Xlokk tal-kosta tal-Ingilterra.

    Din l-operazzjoni militari kienet l-ewwel attakk importanti tal-qawwiet tal-Luftwaffe fit-Tieni Gwerra Dinjija, u kien proprju l-Prim Ministru Ingliż ta’ dak iż-żmien li ftit tal-ġimgħat qabel kien laqqam lil dawn l-attakki militari Ġermaniżi bħala l-“Battalja tal-Brittanja”.

    Fl-ewwel jum ta’ din il-battalja l-ajruplani militari Ġermaniżi kienu jiżbqu bil-bosta lil dawk Ingliżi, madankollu l-bdoti tal-RAF mhux biss iġġieldu b’mod kuraġġuż kontra l-għe­dewwa tagħhom, iżda anke rnexxielhom jiddefendu b’suċċess lil pajjiżhom.

    Aktar tard il-Ministru tal-Qawwa tal-Ajru qal li l-qaw­wiet Ingliżi għamlu ħsara kbira lil-Luftwaffe b’14-il ajruplan tal-għadu jitwaqqa’ u 23 oħrajn iġarrbu ħsarat kbar. B’kuntrast il-qawwiet Ingliżi tilfu biss żewġ ajruplani, bi bdot ikun irrapportat li ħelisha mill-mewt.

    Ir-rejds tal-Ġermaniżi nbdew kmieni filgħodu u kellhom fil-mira tagħhom bażijiet tal-ajru fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-kosta tal-Ingilterra. Madankollu l-attakki prinċipali seħħew aktar tard matul il-ġurnata, meta żewġ konvojs spiċċaw fil-mira tal-attakki tal-Luftwaffe. L-ewwel attakk seħħ għall-ħabta tal-11.00 a.m. ’il barra minn Manston, filwaqt li l-attakk l-ieħor seħħ għall-ħabta tas-1.25 p.m. F’dan l-attakk kienu involuti numru kbir ta’ ajruplani Ġermaniżi, madwar 120 ajruplan b’kollox, bl-attakk ikollu fil-mira konvoj bejn l-ibliet ta’ Dover u Dungeness.

    F’dawn l-attakki l-RAF irnexxielha twaqqa’ diversi ajruplani Ġermaniżi tal-għamla Messerschmitts, Me110s u Me109s.

    Aktar tard matul il-ġurnata bdoti tal-RAF raw numru ta’ bombers Ġermaniżi, li kienu protetti b’aktar minn 50 ajruplan, li kienu involuti f’attakk fuq konvoj tal-alleati. Il-qlubija tal-bdoti tal-RAF mill-ġdid għenet biex ixejnu dan l-attakk, b’żewġ bombers tal-Luftwaffe rrapportati li ġġarrfu.

    Nies li assistew għal dan l-attakk mill-kosta saħqu li l-intensità tal-attakki tal-RAF issorprendew lill-Ġermaniżi li kellhom jabbandunaw il-formazzjoni difensiva madwar il-bom­bers.

    X’wassal għall-Battalja tal-Brittanja

    Wara l-evakwazzjoni tal-qawwiet Ingliżi minn Dunkirk, Adolf Hitler poġġa lill-Ingilterra fil-mira tiegħu.

    Fil-fatt fis-16 ta’ Lulju tal-1940, huwa ordna biex isiru l-preparamenti meħtieġa għall-invażjoni tal-Ingilterra, li kienet imlaqqma bħala Operation Sealion. Sa dak il-punt tal-gwerra, l-Ingilterra kellha supremazija navali, u Hitler kien jaf li invażjoni kienet tkun eħfef li kieku l-Ġermanja kellha tistabbilixxi kontroll tal-ajru fiz-zona fejn kellha ssir il-battalja.

    F’din l-operazzjoni l-Luftwaffe kellha vantaġġ ċar – 1,750 ajruplan kontra s-600 tal-RAF. Madankollu l-qawwa tal-ajru Ġermaniża kienet ma kellhiex pjan konsistenti taĦ attakki, filwaqt li l-qawwiet Ingliżi kienu ppreparati sew għal kull eventwalità. Aktar minn hekk it-teknoloġija tar-radar – li kienet qiegħda tintuża għall-ewwel darba fi gwerra – irriżultat f’vantaġġ sostanzjali, bl-Ingliżi jkunu mgħarrfin sew minn qabel tal-wasla ta’ ajruplani Ġer­maniżi.

    L-attakki mill-ajru għall-bidu kienu jikkonċernaw z-zona ta’ madwar il-Kanal Ingliż, iżda gradwalment bdew jidħlu aktar ’il ġewwa fuq l-art. F’Awwissu l-Ġermaniżi intensifikaw l-attakki tagħhom, b’Londra tispiċċa fil-mira ewlenija tal-attakki. L-Ingilterra min-naħa tagħha rritaljat billi attakkat lil Berlin.

    Il-Luftwaffe kienu qegħ­din jitilfu ajruplani b’rata ferm aktar mgħaġġla milli setgħu jissostitwixxuhom u għalhekk ħadu d-deċiżjoni li jiffokaw l-attakki tagħhom bil-lejl, liema attakki komplew sa Marzu tal-1941.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0