'L-ekonomiji ż-żgħar tal-UE jbatu aktar b'anqas flessibilità fit-tassazzjoni': Sant jivvota kontra TAXE 2

  • Lul 11, 2016 06:24
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li l-kompetizzjoni fit-tassazzjoni għandha tibqa’ responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali tal-membri stati tal-Unjoni Ewropea.

    Dr Alfred Sant enfasizza li jekk l-UE tnaqqas il-flessibilità fil-politika tat-tassazzjoni, tkompli tagħmel ħsara akbar lill-ekonomiji ż-żgħar tal-UE li diġa’ ghandhom żvantaġġi inġusi. Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li ma setax jivvota favur rapport li jimpromovi l-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni fost l-istati kollha membri tal-UE.

    Dr Sant, li kien diġà vvota kontra l-ewwel rapport TAXE 1, reġa' vvota kontra r-rapport finali magħruf bħala TAXE 2. Ir-rapport, imressaq mir-rapporteurs Michael Theurer (ALDE) u Jeppe Kofod (S&D), ġie approvat  b’514-il vot favur, 68 vot kontra u 125 astensjoni.

    Dr Sant qal li r-rapport jagħmel rakkomandazzjonijiet għal aktar trasparenza fit-tassazzjoni fl-istati membri tal-UE. “Naqbel ma’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet u nappoġġja l-miżuri tat-trasparenza fil-politika nazzjonali tat-tassazzjoni. Iżda dan ir-rapport jipproponi miżuri li fuq livell wiesgħa jintroduċi konverġenza u armonizzazzjoni tat-taxxi fl-istati membri kollha tal-UE”.

    Dr Sant qal li dan imur kontra l-interessi tal-ekonomiji ż-żgħar tal-UE li m’għandhomx id-doti tal-ekonomiji l-kbar. Il-flessibilità fit-tmexxija tal-ekonomiji ż-żgħar diġà hija ristretta bil-konverġenza tar-rati tal-VAT, ‘State aid rules’, il-munita waħda u r-regoli li jorbtu l-budget tagħhom. Dawn wasslu biex jiżdiedu, mhux jisparixxu, id-diverġenzi bejn parti u oħra tal-UE. Jekk innaqqsu l-flessibilita’ tal-ekonomiji ż-żgħar tkompli tiżdied din id-disparità li diġà teżisti. Dan mhux ġust u mhux aċċettabbli.”

    Il-kelliem qal li l-kompetizzjoni fit-taxxa għandha tibqa’ fil-ġurisdizzjoni tal-ekonomiji nazzjonali. “Dan ir-rapport ma jagħtix definizzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta fit-tassazzjoni. Ir-rapport huwa inklinat lejn sistema armonizzata ta’ tassazzjoni fl-istati membri kollha tal-UE. Huwa għalhekk li ivvotajt kontra ż-żewġ rapporti li tressqu,” saħaq Dr Sant.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2