Euro 2016 - Finali - Il-Portugall jaħsdu lil Franza

  • Lul 10, 2016 22:45
  • Miktub minn iNews

    Finali

    PORTUGALL ……. 1

    FRANZA …………. 0

    (wara l-ħin barrani)

     

    Il-Portugall huma ċ-cham­pions Ewropej meta, kontra kull mistenni, fil-finali għelbu lil Franza bl-iskor ta’ 1-0, fil-ħin barrani ... biex din kienet l-ewwel rebħa fuq l-istess Franċiżi mill-1975.

    Kienu l-Portugiżi li ħarġu tajjeb u wara biss erba’ minuta heddew il-lasti avversarji meta Nani ġera għall-ballun, ikkontrolla b’sid­ru ... iżda x-xutt tiegħu spiċċa ftit għoli. 

    Ir-reazzjoni Franċiża kie­net waħda mmedjata meta b’xutt bid-dawra ta’ Antoine Griezmann falla kompletament il-mira.

    Iżda fl-10 minuta, Les Bleus resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta daqqa ta’ ras ta’ Griezmann, wara żball ta’ Pepe, ġiegħlet lill-goalkeeper Portugiż, Rui Patricio, idawwar f’corner ... u mill-istess corner reġa’ kien Patricio li salva fuq Olivier Giroud.

    Fit-23 minuta, il-Por­tugiżi ħadu daqqa ta’ ħarta hekk kif l-aħjar player tagħhom, Cristiano Ronaldo, kellu jinħareġ fuq stretcher wara li weġġa’ rkopptu wara daħla goffa minn Dimitri Payet.

    B’mod gradwali, il-Fran­ċiżi bdew jimmaturaw u proprju, fit-33 minuta, Moussa Sissoko dar ma’ Raphael Guerreiro u venven  kanunata iżda sab lil Patricio attent.

    Min-naħa tagħhom, il-Portugiżi bdew jagħlqu l-ispazji fuq wara iżda mbagħad  kienu ħfief u veloċi fil-kontrattakki.

    Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Franċiżi ħarġu aktar aggressivi konxji mill-fatt li l-Portugiżi kienu moralment imkissrin minħabba n-nuq­qas ta’ Ronaldo. Kuntrarjament, il-Portugiżi ppruvaw imew­tu l-logħba kif ukoll ma jagħtux ċans lill-Franċiżi jimmanuvraw hekk kif bdew jilqgħuhom fi tliet kwarti ta’ ground.

    Fit-58 minuta, kien Griezmann li ndirizza xutt minn barra l-kaxxa iżda kien wisq ċentrali.

    Fis-66 minuta, l-istess Griezmann falla ċans tad-deheb li jiftaħ l-iskor meta mill-cross ta’ Kingsley Coman, id-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet tħak­kek mal-mimduda.

    Fil-75 minuta, Particio salva goal ċert meta Olivier Gi­roud immira lejn ir-rokna tax-xibka.

    Fit-78 minuta, Nani kien għoddu ħasad lil Hugo Llo­ris, bi cross-shot, hekk kif il-goalkeeper Franċiż tajjar kif seta’ biex mir-rebound - li kienet rovexxjata ta’ Quaresma - laqa’ b’mod tajjeb.

    Erba’ minuti wara, Patricio kien providenzjali għall-Portugiżi meta wettaq save spettakolari fuq xutt minn barra l-kaxxa ta’ Sissoko.

    Fil-ħin miżjud, il-Franċiżi kienu sfortunati li ma skorjawx meta x-xutt tas-sostitut André-Pierre Cignac ħabat ma’ sieq il-lasta ... biex il-logħba kellba tmur fil-ħin barrani.

    Fil-108 minuti kien imiss lill-Portugall li jolqtu l-mimduda mill-freekick ta’ Guerreiro ... iżda minuta wara kien Eder li skorja ġmiel ta’ goal minn barra l-kaxxa biex ta dan l-unur prestiġjuż lill-Portugall.

    Portugall: Rui Patricio, Raphael Guerreiro, Jose Fonte,  Pepe, Cedric Soares, William Carvalho, Joao Mario, Adrien Silva (Joao Moutinho 66), Renato Sanches (Eder 79), Cristiano Ronaldo (Ricardo Quaresma 25), Nani - Coach: Fernando Santos

    Franza: Hugo Lloris, Patrice Evra, Samuel Umtiti, Laurent Koscielny, Bacary Sagna, Dimitri Payet (Kingsley Coman 58), Blaise Matuidi, Paul Pogba, Moussa Sissoko (Anthony Martial 110), Antoine Griezmann, Olivier Giroud (Andre-Pierre Gignac 78) - Coach: Didier Deschamps

    Referee: Mark Clattenburg (Ingilterra)

    Assistenti: Simon Beck, Jake Collin (Ingilterra)

    Raba’ Uffiċjal: Viktor Kassai (Ungerija)

    Skorers: Eder 109 (P)

    Ammoniti: Cedric, J. Mario, R. Guerreiro, W. Carvalho, J. Fonte (P); S. Umtiti, B. Matuidi, L. Koscielny, P. Pogba (F)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook