Formula 1: Lewis Hamilton jirbaħ f'Silverstone

  • Lul 10, 2016 15:43
  • Miktub minn iNews

    Is-sewwieq Britanniku tal-Formula wieħed, Lewis Hamilton (Mercedes) fetaħ l-isfida beraħ għar-rebħa tat-titlu meta rebaħ il-Grand Prix tal-Ingilterra biex naqqas id-distakk għal erba’ punti fil-konfront tal-leader u kollega tiegħu, il-Ġermaniż, Nico Rosberg.

    Hamilton irreġistra ħin ta’ 1:34:55.831 quddiem l-istess Rosberg biex kiseb it-tielet rebħa konsekuttiva fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone u r-raba’ waħda (fuq dan l-istess ċirkwit) biex laħaq ir-rekord ta’ Nigel Mansell. Barra minn hekk, din kienet ukoll is-47 rebħa tal-karriera tiegħu.

    Min-naħa ta’ Rosberg, temm din it-tiġrija taħt l-investigazzjoni tal-istewards hekk kif kiser regolament wara li għamel kuntatt mat-tekniċi tiegħu bir-radju.

    Dan minħabba li huwa kellu bosta problemi fil-gearbox u fuq ir-radju nstema’  jingħata l-parir (min-naħa tat-tekniċi) biex jevita is-seba’ gear ... u b’hekk daħal fit-tieni post ... 6.9 sekondi wara Hamilton.

    Fit-tielet post daħal l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) hekk kif temm 1.3 sekondi wara Rosberg.

    Ta’ min isemmi wkoll fil-bidu tat-tiġrija kellha tidħol is-safety-car minħabba xita qawwija fejn imbagħad il-karozzi kollha kellhom jidħlu fil-pit-stop biex ibiddlu t-tyres.

    Il-klassifika tas-sewweiqa ta’ fuq: 171 - Nico Rosberg (Mercedes); 167 - Lewis Hamilton (Mercedes); 106 - Kimi Raikkonen (Ferrari); 100 - Daniel Ricciardo (Red Bull); 98 - Sebastian Vettel (Ferrari); 87 - Max Verstappen (Red Bull).

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook