Aġġornat: 'Muscat ma jistax imur għall-Presidenza tal-UE b'Mizzi, Schembri u Mifsud ma' djulu'

  • Lul 10, 2016 10:22
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jistax imur għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, b'Konrad Mizzi, b'Keith Schembri u b'Alfred Mifsud bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ma' djulu.

    Waqt intervista fuq Radio 101 dalgħodu, Busuttil tkellem dwar is-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija. Qal li l-Prim Ministru qiegħed jibża' li jkun hemm Kummissarju tal-Pulizija kompetenti, għaliex imbagħad dan jibda jinvestiga lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri.

    Busuttil qal li wara dak li ġara fl-ewwel sitt xhur tas-sena, il-mod kif in-nies qed iħarsu lejn il-Gvern inbidel kompletament.

    “L-ewwel bdejna bit-teatrin tal-Prim Ministru tal-Ewwel tas-Sena. Imbagħad rajna skandlu wieħed wara l-ieħor,” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.

    Żied jgħid li kemm ilu f'din il-kariga indirizza d-dgħufija tal-Partit Nazzjonalista, li kien inqata' minn man-nies. “Jien ħdimt u biddilna dik il-ħaġa. Ridna nerġgħu nsiru partit tan-nies. Partit li jkun tassew viċin. Għalhekk jien stess immur niltaqa' man-nies, jew fid-Dar Ċentrali jew immur personalment jien,” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.

    Saħaq li huwa f'dawn il-laqgħat li jieħu l-akbar tagħlimiet dwar dak li qed iħossu n-nies. Qal li qed jieħu inkonsiderazzjoni dak li qed jgħidu n-nies fuq il-Gvern. Dan il-Gvern wiegħed ħafna lin-nies, fosthom il-wegħda tagħna lkoll, iżda llum is-slogan “tagħna Ikoll” saret ċajta u kulħadd qiegħed jirredikolha, qal Busuttil.

    Kompla jgħid li dan il-Gvern mhuwiex trasparenti, anke kif juru għadd ta' kuntratti tal-Gvern, fosthom fil-qasam tas-saħħa u fil-qasam tal-enerġija.

    Qal li dan il-Gvern ma daħħalx responsabbiltà politika. Sostna li fuq il-kwistjoni tal-Panama, kien imisshom irriżenjaw mhux biss Konrad Mizzi u Keith Schembri, imma anke Joseph Muscat innifsu.

    Busuttil parti mill-establishment elitist li ma jifhimx in-nies

    Il-Partit Laburista fi stqarrija qal li l-kredibilità tal-Kap Nazzjonalista tkompli tmur għall-agħar meta jipprova jieħu l-mertu għall-bidliet pożittivi li wettaq dan il-Gvern wara 25 sena ta’ tkaxkir tas-saqajn.

    Ħadd ma jemmen lil Simon Busuttil meta jgħid li mhux frott il-ħidma ta’ dan il-Gvern li llum l-ekonomija hija b’saħħitha. Anke meta jsemmi l-kategoriji ta’ nies li skont hu mhux qed jibbenefikaw: l-anzjani li ħadu l-ewwel żieda fil-pensjoni tagħhom wara ffriżar ta’ 20 sena, il-persuni fuq il-paga minima li tneħħitilhom it-taxxa imposta fuqhom mill-PN, u ħaddiema fuq prekarjat li fl-aħħar qed isibu Gvern li jagħmel ġlieda bla preċedent fuq l-abbuż tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

    L-istess kif ħadd ma jemmen lil Simon Busuttil meta jgħid li l-kontijiet tad-dawl raħsu grazzi għall-proġetti tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Kieku dan huwa minnu, Simon Busuttil kien iwiegħed roħs fil-kontijiet meta kiteb il-programm elettorali la kien jaf li l-proġetti tiegħu setgħu iraħħsu l-kontijiet. Dwar l-enerġija, l-Kap Nazzjonalista għadu ma fehem xejn. 

    L-istess kif ħadd ma jemmen lil Simon Busuttil meta jqabbel lill-Prim Ministru ma’ Nigel Farage. Huwa ċar li, wara r-reazzjoni b’saħħitha tal-Gvern fuq Brexit, il-Kap Nazzjonalista huwa indeċiż kif se jattakka. F’ħin jgħid li se joffri l-id ta’ ħbiberija u f’ħin ieħor ibiddel id-diska u jibda jitgħajjar.

    Simon Busuttil huwa politiku tipiku tal-passat, parti minn establishment li n-nies ilhom li warrbu, temm jgħid il-Partit Laburista.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1