Simon Busuttil rema fiż-żibel ir-rapport dwar Chris Said - Joseph Muscat

  • Lul 10, 2016 10:06
  • Miktub minn Claudio Coleiro

    “Aħna b’umiltà kbira ħarisna lejn ir-rapporti li saru mill-Awditur Ġenerali u qatt ma attakkajna lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Ir-rapport li għamel l-Awditur Ġenerali dwar Chris Said u l-mod kif imexxi l-fondi tal-Kunsilli Lokali, Simon Busuttil remieh fiż-żibel u qal li mhux se jagħti kasu għaliex qed jgħid li Said għandu skuża tajba.”

    Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’kollegament telefoniku fuq One Radio dalgħodu.

    Fi kliem il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jagħtix kas tar-rapporti mhux biss internazzjonali iżda wkoll dawk lokali. F’dan l-isfond, Dr Muscat qal li qegħdin f’sitwazzjoni fejn l-Awditur Ġenerali qiegħed jgħid li mhux qed jemmen lil Chris Said waqt li min-naħa l-oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni joħroġ jgħid li Chris Said għandu skuża tajba.

    “Dan ir-rapport huwa ġudizzju iebes ħafna fuq Chris Said li ndaħal direttament fuq miljuni kif ukoll il-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u kriterji. Ir-rapport juri wkoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni għan-nies tiegħu għandu kejl mod, waqt li għall-kumplament tan-nies għandu kejl mod ieħor.”

    Il-kelliem għamel referenza għall-fatt li s-sena l-oħra, meta l-Awditur Ġenerali wera nuqqas ta’ qbil għax il-Ministru Konrad Mizzi kien għamel ftehim li permezz tiegħu assigura li jkollna prezzijiet aħjar għall-petrol u d-diżil, il-Kap Nazzjonalista kien ħareġ jitkaża b’dak li hu sejjaħ indħil mill-Ministru Mizzi.

    Dr Muscat għamel referenza wkoll għall-każ ta’ Toni Bezzina, li tilef żewġ kawżi ta’ libell kontra l-editur ta’ l-orizzont, Josef Caruana, u l-ekseditur tal-ġurnal KullĦadd, Toni Abela, dwar il-każ tax-xogħlijiet li tqabbdu jagħmlu minnu ħaddiema tal-Gvern waqt il-ħin tax-xogħol fil-każin tal-PN taż-Żurrieq ftit qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fl-2012.

    Tkellem ukoll dwar il-każ li kien involut fih is-Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi, li nstab ħati fil-Qorti li saq taħt l-effett tax-xorb. Qal li wara li ssospendieh, Simon Busuttil reġà daħħlu lura.

    Meta kien qed jikkumenta dwar ir-rapport tal-Aġenzija Internazzjonali Standard & Poor’s, li rrevedew ‘il fuq it-tbassir ekonomiku tagħhom għal Malta, Dr Muscat qal li, “S&P qalu li Malta miexja ‘l quddiem l-iktar minħabba l-politika tagħna fil-qasam tal-enerġija u l-mod kif naqqasna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li għamlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.”

    Ritratt: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook