'Xokkanti' id-dehra ta' ħmieġ f'żoni f'Buġibba... fil-parti l-kbira responsabbiltà tal-kunsill li jinġabar

  • Lul 10, 2016 08:36
  • Miktub minn Victor Vella
"

    Bit-temperaturi issa jibdew jogħlew sew u bir-residenti jiżdiedu, is-sitwazzjoni f'Buġibba u San Pawl il-Baħar fejn jirrigwarda skart fit-toroq jidher li qed tmur għall-agħar.

    Kemm Maltin kif ukoll turisti qed jilmentaw bil-kbir minn toroq u żoni li għal xi raġuni jew oħra qed jitħallew b'ammont kbir ta' skart fihom, fejn it-tort qed jintefa' fuq residenti li jiddeċiedu li joħorġu l-iskart wara li jkunu għadda is-servizz tal-ġbir.

    Apparti dan, hemm toroq u żoni li minn jum għal jum tibqa' tara fihom skart goff - ibda minn apparat li jsaħħan l-ilma, sa tojlits, saqqijiet, settijiet tat-televixin u apparat ieħor.

    Fl-aħħar jiem ukoll, id-Direttorat għat-Tindif ukoll ikkummenta dwar dan u xandar ritratt ta' toroq bi kwantità ta' skart fihom. Huma ddeskrivew is-sitwazzjoni bħala xokkanti.

    Meta għamilna kuntatt ma' Ramon Deguara mid-Direttorat għat-Tindif, qalilna li, "Nagħmilha ċara li aħna m'għandniex x'naqsmu mat-tindif ta' toroq f'Buġibba. Dik hi responsabbilità tal-Kunsill. Lesti li nżidu ż-żoni li nnaddfu aħna f'din iż-żona turistika imma żgur li jrid ikollna aktar riżorsi biex nagħmlu dan."

    Kompla jgħid li, "Nista' ngħid li għamilna proposta biex iż-żona li nieħdu ħsieb tikber ħafna aktar."

    Enfasizza li, "Aħna responsabbli mit-tindif tal-promenade, tat-terminus tal-karozzi tal-linja u Triq it-Turisti. Billejl aħna anke qed naħslu l-promenade. Fiż-żoni l-oħra l-kunsill hu responsabbli. Hemm kuntrattur li jiġbor l-iskart. Issa l-kunsill irid jieħu ħsieb. Aħna bħala direttorat qed nagħtu servizz żejjed lill-kunsill billi nnaddfu ċerti żoni."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0