Ajruplani tal-għassa kontra l-Istat Iżlamiku

  • Lul 09, 2016 18:31
  • Miktub minn Wayne Pace
"

    L-alleanza militari tan-NATO qablet li tuża ajruplani tal-għassa (surveillance plane) fil-ġlieda kontra l-hekk imsejjaħ, Stat Iżlamiku, fis-Sirja u l-Iraq.

    Is-Segretarju Ġenerali Jens Stoltenberg qal li dan it-tip ta' ajruplan se jgħin lill-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti li qiegħda tattakka lill-grupp.

    In-NATO se tagħti wkoll taħriġ lill-forzi Iraqqini u tagħti appoġġ lill-forzi speċjali Tuneżini, art fejn l-Istat Iżlamiku ilu li deffes denbu.

    Sadanittant, l-alleanza qablet li żżomm is-suldati fl-Afganistan u reġgħet għamlet talba għal aktar fondi għal dawn il-missjonijiet.

    Stoltenberg għamel dawn ir-rimarki fit-tieni jum ta' laqgħa għolja tal-alleanza militari, li tinkludi 28 pajjiż, f'Varsavja. 

    Huwa qal li l-qbil biex ikun hemm għassa fuq l-Istat Iżlamiku, permezz ta' ajruplani tal-għassa Awacs, huwa 'sinjal ċar min-naħa tagħna li ngħinu biex jingħeleb it-terroriżmu'.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0