Għexieren mejtin fi ġlied fis-Sudan t'Isfel

  • Lul 09, 2016 18:18
  • Miktub minn Wayne Pace
"

    Għexieren ta' persuni nqatlu fi ġlied li nqala' fil-kapitali tas-Sudan t'Isfel, Juba.

    Kien hemm sparar ilbieraħ flgħaxija ħdejn il-binja statali fejn iltaqgħu l-President Salva Kiir u l-eks-rival tiegħu, il-Viċi-President Riek Machar.

    L-għadd ta' persuni mejtin għadu mhuwiex ċar għal kollox, iżda sorsi differenti qalu li kienu aktar minn mija l-persuni li tilfu ħajjtihom, b'uħud saħansitra jgħidu li l-mejtin huma 150.

    Ftehim għal paċi milħuq fl-2015 biex itemm il-gwerra li kienet ilha għaddejja 20 xahar, naqas milli jwaqqaf il-ġlied fil-pajjiż.

    L-isparatura tal-Ġimgħa bdiet meta l-gwardji ta' Kiir u Machar bdew jisparaw fuq xulxin. Iż-żewġ mexxejja ltaqgħu fil-palazz tal-President.

    (Xeni tipiċi fis-Sudan t'Isfel, fejn il-paċi qed tbati biex issib postha)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0