Waterpolo - I Diviżjoni - Marsaxlokk kellhom jitħabtu

  • Lul 09, 2016 17:10
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratti: Dominic Borg

    I Diviżjoni

    Ta’ Xbiex Amigos ...........9

    Marsaxlokk Fischer ......10

    (3-2, 1-2, 1-1, 4-5)

     Marsaxlokk Fischer kellhom jitħabtu biex għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos bl-iskor ta’ 10-9 hekk kif dawn tal-aħħar żammew il-pass mal-leaders matul il-logħba kollha.

    Aktar minn hekk, Ta’ Xbiex fallew ċans tad-deheb li jiskorjaw il-goal tar-rebħa proprju fl-aħħar sekondi tal-logħba meta ma approfittawx minn man-up biex Marsaxlokk ħarbu bil-ballun u kien Ranier Scerri li ta r-rebħa lix-Xlukkajri li kienet is-sitt waħda minn daqstant logħbiet biex b’hekk bqgħu b’punti massimi … u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ sitt punti fuq Marsaskala.

    Fir-rigward ta’ man-ups, Ta’ Xbiex skorjaw erbgħa minn sebgħa filwaqt li Marsaxlokk skorjaw erbgħa minn disgħa.

     

    Ta’ Xbiex: Jake Tanti, Adam Maklari, Ayrton Camenzuli, Kurt Mock 1, Edward Meli, Andrew Sammut 1, Michele Mifsud 3, Duncan Schembri, George Attard, David Fenech 1, Reinhard Attard 1, Jerome Zerafa Gregory 2, Jurgen Micallef  - Coach: Keith Grima Scott

    Marsaxlokk: David Abela, Claudio Spiteri De Barro, Kyle Debattista, Karl Galea 1, Christian Gialanze 1, Charles Bugeja, Sean Meli 2, Gianluca Busuttil, Brian Buhagiar 3, Ranier Scerri 1, Ivan Vuksanovic 2, Kyle Navarro, Nello Xuereb - Coach: Ian Azzopardi

    Referees: Stefan Licari, Paolo Bensaia

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0