Il-Musulmani jilqgħu l-Eid, imbeżżgħin mit-terroriżmu

  • Lul 07, 2016 18:01
  • Miktub minn Wayne Pace
"
    Il-Musulmani madwar id-dinja laqgħu l-Eid al-Fitr din il-ġimgħa, iċ-ċelebrazzjoni ta' tmiem ix-xahar qaddis tar-Ramadan.

    Iżda wara l-attakki li saru jew ġew ispirati mill-ISIS f'Baghdad, Dhaka, Istanbul, Medina u bliet oħra, it-ton ta' festa nbidel xi ftit jew wisq għal skiet ta' niket, tħassib u biża'.

    Fil-pajjiżi fejn twettqu dawn l-attakki kien hemm sens ta' biża' kbir li ħakem lin-nies tal-post.
     
    Naina Hussain, studenta Musulmana li nzertat kienet f'Bangladesh fil-jiem tal-Eid kif ukoll meta twettqu l-attakki, qalet: "L-Eid hija tipikament okkażjoni ta' ferħ għall-1.6 biljun Musulman madwar id-dinja. Tradizzjonalment, il-familji jixtru ħwejjeġ ġodda, isajru ħafna ikel tajjeb u jiltaqgħu mal-maħbubin tagħhom, iżda din is-sena ma kinitx l-istess.
     
    "Hawn sens ta' biża' kbir," qalet Hussain, b'ħarsa mħassba.
     
    Ritratt fuq: Musulmani miġburin jitolbu fil-moskea al-Akbar, fl-Indoneżja, jiċċelebraw il-bidu tar-Ramadan.
    Ritratt 1: Lanterna kbira quddiem il-moskea Mohammad al-Amin fil-Libanu.
    Ritratt 2: Mara tixtri t-tamal f'suq fl-Arabja Sawdita.
    Ritratt 3: Nisa jagħmlu x-xirja minn monti fis-Sirja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0