Attakk ieħor fil-Bangladesh waqt il-festival tal-Eid

  • Lul 07, 2016 14:57
  • Miktub minn Wayne Pace
"

    Militanti attakkaw numru ta' pulizija fil-Bangladesh li kienu qegħdin jgħassu l-akbar festival tal-pajjiż li jiċċelebra tmiem ir-Ramadan. L-attakk ħalla tliet persuni mejtin u 14 midrubin. Dan wasal ftit jiem wara li l-Istat Iżlamiku wissa li se jwettaq attakk kbir fil-kapitali u aktar vjolenza.

    Mill-inqas ħames militanti wettqu l-attakk fuq il-pulizija f'Kishoreganj, 140 kilometru ’l bogħod mill-kapitali Dhaka. Huma użaw bombi żgħar qabel ma marru għal fuqhom “b'armi li jaqtgħu”.

    Madwar 300,000 persuna kienu nġabru biex jitolbu u biex jiċċelebraw il-festival Eid al-Fitr fir-raħal, kważi ġimgħa wara li l-militanti qatlu 20  persuna f'attakk fuq kafetterija f'Dhaka, li tiegħu ħadu r-responsabbiltà l-ISIS.

    Pulizija nqatel fi splużjoni u ieħor miet wara li qala' daqqiet b'arma li taqta'. Sitt pulizija li ndarbu u kienu f'kundizzjoni kritika ttieħdu l-isptar f'Dhaka.

    Kien għad hemm inċertezza u rapporti kunfliġġenti fuq jekk kinux tnejn jew tlieta l-militanti maqtulin. 

    Ħadd m'għadu ħa r-responsabbiltà tal-attakk u kien għadu mhux ċar mil-liema grupp kienu ġejjin il-persuni li wettqu l-attakk.

    Ritratt: Wieħed mill-militanti miżmum mill-forzi tal-ordni (REUTERS)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0