Ir-Renju Unit mhux se jkun l-aħħar pajjiż li joħroġ mill-UE - Farage

  • Ġun 28, 2016 12:02
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif illum beda s-summit fil-Parlament Ewropew, kien hemm argumenti jaħarġu fid-dibattitu dwar il-vot li ħa r-Renju Unit biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea.

    Ir-rabja kienet l-aktar fil-konfront tal-kamp tal-kampanja Barra Nigel Farage, u saħansitra f’mument minnhom kien akkużat li “uża propaganda Nażista”.

    Dalgħodu wkoll, il-Prim Ministru Ingliż David Cameron iltaqa’ għall-ewwel darba mal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea minn meta ttieħed il-vot nhar it-Tlieta li għadda. Cameron mistenni li jirriżenja mill-kariga biex b’hekk dak li jiġi warajh ikun jista’ jibda n-negozjati ta’ ħruġ mal-Unjoni Ewropea.

    Ilbieraħ fetaħ id-diskussjoni l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker fejn dan ħeġġeġ lir-Renju Unit biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-Brexit malajr kemm jista’ jkun. Huwa tenna li impona projbizzjoni fuq il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea fejn dawn ma jistgħux jitkellmu mal-Gvern Britanniku qabel dan tal-aħħar jifformola l-intenzjoni tiegħu biex joħroġ mill-blokk Ewropew.

    Min-naħa tiegħu Cameron qal li issa hija r-responsabbiltà u deċizjoni ta’ dak li ġej warajh biex jattiva Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Liżbona biex b’hekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE.

    Meta kien qiegħed jindirizza l-parlament, Juncker qal li r-rieda tal-poplu Britanniku għandha tiġi rispettata u dan ġab applawż min-naħa tal-Partit Indipendenza (UKIP) ta’ Nigel Farage, li kien wieħed mill-ewlenin li tkellem favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
    Juncker waqt id-diskors tiegħu, b’referenza diretta għal Farage, qal “inti ġġilidt biex toħorġu, il-poplu Britanniku qabel miegħek. Għaliex qiegħed hawn?”

    Oħrajn marru ’l bogħod iktar minn hekk. Il-Belġjan Guy Verhofstadt – li huwa eks-Prim Ministru u kap tal-grupp liberali fil-Parlament Ewropew – qal li Farage “saħansitra uża propagnda Nażista” fil-kampanja tiegħu. Huwa kien qiegħed jirreferi għall-kartellun il-kbir li kien juri kju ma jispiċċa qatt ta’ refuġjati.

    Fir-rigward ta’ Boris Johnson – li huwa wieħed mill-kandidati li l-aktar għandu ċans isir Prim Ministru Ingliż – Verhofstadt attakka l-egoiżmu tiegħu u qal li “dan il-bniedem lest li jagħmel kollox biex isir Prim Ministru”. Manfred Weber – iċ-Ċermen tal-Parit tal-Poplu Ewropew – qal li wasal iż-żmien li nieħdu ħsieb il-proġett Ewropew. Meta indirizza lil Farage Weber qallu biex jagħmel apoloġija lill-poplu Britanniku.

    Min-naħa tiegħu Farage akkuża lill-parlament li “jinsab aljenat”. Farage tenna li r-Renju Unit qiegħed joffri tama lid-demokratiċi kollha fil-kontinent Ewropew u wissa li r-Renju Unit mhux se jkun l-aħħar membru li jħalli l-Unjoni Ewropea.
    Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel – fid-diskors tagħha fil-parlament Ġer­maniż – qalet li l-Unjoni Ew­ropea hija b’saħħitha biżżejjed biex “tgħid” min­għajr ir-Renju Unit. Merkel temmet tgħid li hija se tirrispetta d-deċiżjoni tar-Renju Unit, iżda wissiet li mhix se tittollera li r-Renju Unit jieħu dak kollu li jrid hu meta jaslu għan-negozjati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0