Waqa' minn gallarija u pprova jigdem lil min mar jgħinu

  • Ġun 28, 2016 11:55
  • Miktub minn iNews

    Żagħżugħ Ingliż ta' 18-il sena, li waqa' minn gallarija u spiċċa fuq it-tinda ta' stabbiliment f'Paceville, tressaq b'arrest il-Qorti wara li allegatament ipprova jigdem lill-Pulizija li avviċinawh biex jagħtuh l-għajnuna. 

    Callum Rosss Chowdhury ġie arrestat fis-sigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu u ġie mixli quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud li hedded lill-Pulizija, li ma obdiex l-ordnijiet tagħhom, li ddistruba l-paċi pubblika b'għajjat u ġlied, u li kien fis-sakra f'post pubbliku.

    Fil-Qorti Chowdhury qal li huwa se jirritorna lejn ir-Renju Unit nhar is-Sibt li ġej. 

    Min-naħa tiegħu, il-Maġistrat Mifsud qal lill-akkużat li meta jkun f'pajjiżna jrid jobdi l-liġijiet tagħna. Saħaq ukoll li ħadd ma għandu jixrob aktar milli suppost. 

    Wara li ż-żagħżugħ ammetta, il-Qorti kkundannatu għal sitt xhur ħabs li ġew sospiżi għal sena u mmultatu s-somma ta' €800, li għandhom  jitħallsu fuq perjodu ta' tmien xhur. 

    Il-Prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Nikolai Sant. Għall-imputat deher l-Avukat Victor Bugeja. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0