Il-Forum Żgħażagħ Laburisti favur il-morning after pill

  • Ġun 28, 2016 10:54
  • Miktub minn iNews

    Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jemmen li kull mara Maltija u Għawdxija għandu jkollha dritt ta' aċċess ħieles għall-morning after pill. Huwa għalhekk illi l-ebda diskrezzjoni politika m' għandha tintuża sabiex twaqqaf l-aċċess tal-Morning After Pill fis-suq tagħna.

    Nisħqu li l-ewwel u qabel kollox għandu jitwassal iktar għarfien rigward dawn it-tip ta’ kontraċettivi u s-saħħa sesswali u riproduttiva inġenerali. Nenfasizzaw l-importanza li l-għarfien għandu jingħata minn sorsi kredibbli u li m’għandhom l-ebda aġenda xi jmexxu. Għaldaqstant, kwalunkwe dikjarazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni qarrieqa li qed tħawwad l-imħuħ fuq din il-kwistjoni hija kundannabbli.

    Il-FŻL jemmen li dawk li huma kontra l-introduzzjoni tal-morning after pill qegħdin jużaw il-frażi “abort” b’ konvenjenza, biex tinħoloq ċerta biża’,u mhux b’ konvinzjoni u b’hekk ikomplu jċaħdu aktar drittijiet lin-nisa.

    Il-FŻL jilqa’ b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni taċ-Ċermen tal-Awtorità tal-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott li qal b’ mod inekwivoku li, l-morning after pill per se mhijex illegali u jonqos biss li jkun hemm importatur li jiddeċiedi li jirreġistraha mal-istess awtorità.

    Il-fatt li grupp ta’ nisa, fis-sena 2016, kellhom jirrikorru għall-protest ġudizzjarju biex qamet diskussjoni fuq il-morning after pill, meta f’pajjiżi oħrajn din tinxtara over-the-counter hija turija ċara ta’ kemm f’pajjiżna s-sesswalità għadha ikkunsidrata bħala xi tabù.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook