Barranin ġodda għal Balzan

  • Lul 15, 2012 13:50
  • Miktub minn Jesmond Moore

    Fil-jiem li ġejjin il-klabb tal-Kampjonat Premier, Balzan FC mistenni li jiffirma żewġ plejers barranin.
    Dawn huma l-attakkant Brażiljan, Elton, u l-midfielder difensiv minn Gambja, Matthew Mendy, wara li mpressjonaw fit-tliet logħbiet li l-Balzanin lagħbu kontra timijiet mill-belt ta’ Basko, fil-Bulgarija, fejn bħalissa qed jagħmlu training camp bi skwadra ta’ 26 plejer.
    Mendy, li għandu 29 sena, kien il-captain ta’ Gambja, fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani, fejn lagħab ukoll fil-Ġermanja, fl-Awstrija u fl-Istati Uniti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0