Eku 1950 - Meta l-Ingliżi tilfu kontra r-reffiegħa tal-funerali!!!

  • Ġun 28, 2016 00:19
  • Miktub minn iNews

    L-umiljazzjoni kontra l-Islanda bl-iskor ta’ 2-1 – l-agħar waħda fl-istorja tal-football Ingliż – fejn Rooney u sħabu ingħataw lezzjoni ta’ football minn team modest …. Il-memorja tmur lura għad-29 ta’ Ġunju, 1950, meta l-Ingliżi kienu tilfu kontra l-Istati Uniti, f’Belo Horizonte, fil-Brażil, liema partita kienet valida mill-Fażi tal-Gruppi tat-Tazza tad-Dinja.

    Din kienet l-ewwel darba li l-Ingilterra ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja … minħabba li s-suppervja kienet tippermettilhom biex iqisu lilhom infushom superjuri għal kulħadd u għaldaqstant ma kienux jieħdu sehem.

    Kien hemm stennija kbira għal din il-partita fejn l-Ingliżi kienu ovvjament favoriti li jirbħu bi skor kbir. Dan meta huma kienu qed jiffaċċjaw team kompost minn dilettanti li x-xogħol tagħhom kien bħala reffiegħa tal-funerali, pustiera, dishwashers u għalliema. Il-player Ben McLaughlin, kellu jirtira mil-logħba minħabba li ma ngħatax il-leave minn fuq il-post tax-xogħol.

    Dan minbarra li t-tliet players, Joe Maca, Ed McIlvenny u Joe Gaetjens, ma kienux Amerikani imma ġew inklużi biex tingħaqad l-iskwadra. Qabel din il-partita, il-media Ingliża b’mod mill-aktar sarkastiku kienet qalet li l-Istati Uniti kellhom jingħataw “dota” ta’ tliet goals.

    Iżda kontra kull mistenni, l-Istati Uniti, ħarġu rebbieħ bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal jasal fit-38 minuta minn daqqa ta’ ras ta’ Joe Gaetjens (li kien mill-Haiti).

    Fl-imsemmija partita, l-Ingliżi kellhom players rinomati mad-dinja kollha bil-formazzjoni tkun:

    Bert Williams, Alf Ramsey, John Aston, Billi Wright, Laurie Hughes, Jimmy Dickinson, Wilf Mannion, Tom Finney, Jimmy Mullen, Stan Mortensen, Roy Bentley – Coach: Walter Winterbottom.

    Rimarkabbli huwa l-fatt li Joe Gaetjens sab postu fil-“Il-100 eroj tat-Tazza tad-Dinja”  tal-FIFA wara din il-bravura fejn litteralment niżżel lill-Ingliżi għarkupptejhom.

    Issa t-telfa kontra l-Islanda ħadet post din l-umiljazzjoni u se tibqa’ bħala l-akbar tebgħa fl-istorja tal-football Ingliż.

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook