Illum waranofsinhar il-mexxejja Ewropej jiltaqgħu fi Brussell f'summit straordinarju

  • Ġun 28, 2016 06:07
  • Miktub minn Charlo Lautier fi Brussell

    Wara d-deċiżjoni tar-Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, illum waranofsinhar il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, se jiltaqgħu f'summit straordinarju biex jiddiskutu l-ġejjieni tal-UE. Dan is-summit issejjaħ b'urġenza fid-dawl tar-riżultat tar-referendum tal-Brexit.

    Il-Kunsill Ewropew se jiddiskuti fost l-oħrajn ir-riżultat tar-referendum u x'soluzzjonijiet ġodda jista' jkun hemm għar-Renju Unit.

    Il-mexxejja ser jindirizzaw ukoll il-problema tal-migrazzjoni, b’mod partikolari s-sitwazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran u l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi ta' oriġini u ta' tranżitu. Huma ser jieħdu wkoll kont tal-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 u l-għeluq tar-rotta tal-Balkani tal-punent. 

    Il-Kunsill Ewropew ser jiddiskuti wkoll il-koperazzjoni bejn l-UE u n-NATO qabel is-Summit tan-NATO li se jsir f’Varsavja bejn it-8 u d-9 ta' Lulju. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook